Di Maria: “Għadni nirrifletti”

Intervistat waqt il-programm ‘Playroom’ imxandar fuq ESPN, Angel Di Maria stqarr dan li ġej dwar Juventus: “Huma l-iktar klabb importanti tal-Italja. Juventus huma fost il-klabbs interessati fija. Qed nirrifletti imma bħalissa moħħni fil-vaganzi u l-familja”. Xejn ġdid i domna. L-għidut hu li Juventus għadhom b’cans kbir li jiksbu l-firma tiegħu biss s’issa għad m’hemmx xejn ikkonfermat 100%.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Ġunju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta Ġunju 2022

Prima Pagina Tuttosport 26/06/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 26/06/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 26/06/2022

Decider minflok l-iskontri diretti fis-Serie A

Minn dis-sena l-kampjonat tas-Serie A se jkun qed jara bidla drastika mis-snin li għaddew. Fil-fatt jekk żewġ timijiet se jtemmu l-kampjonat fl-ewwel post bl-istess numru ta’ punti, se tintlagħab decider. Fl-aħħar snin minflok decider, ir-rebbieħ kien se jiġi eventwalment deċiż bil-konfront diretti. Fl-antik ir-regolament kien jikkuntempla l-possibbiltà ta’ decider u filfatt insibu li fl-1964 Bologna rebħu l-iscudetto wara li rebħu decider kontra Inter.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (25 ta’ Ġunju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-25 ta’ Ġunju 2022

Prima Pagina Tuttosport 25/06/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 25/06/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 25/06/2022

Sitwazzjoni inċerta dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ De Ligt

Fil-belt ta’ Milan, id-diriġenza Bianconera kellha lbieraħ laqgħa mal-avukata Raffaela Pimenta li qed tmexxi l-aġenzija ta’ Mino Raiola. Fil-laqgħa ġew finalizzati l-aħħar dettalji burokratiċi għar-ritorn ta’ Paul Pogba ma’ Juventus. Hemm għidut, għalkemm mhix aħbar konfermata, li Pogba se jkun qed imur Turin bejn il-5 u t-8 ta’ Lulju għat-testijiet mediċi.

Il-laqgħa serviet ukoll biex ikun diskuss it-tiġdid tal-kuntratt ta’ Matthijs De Ligt. Is-sitwazzjoni bħalissa mhix daqstant ċara. Sa ftit tal-ġimgħat ilu, De Ligt kien jidher determinat li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus. Issa, però, l-impressjoni hi li hu qed jaħsibha. Juventus għandhom ċerta għaġla li jilħqu ftehim ma’ De Ligt dwar il-kuntratt tiegħu hekk kif il-kuntratt attwali jiskadi fl-2024 u jridu jevitaw ir-riskju li jitilfuh b’xejn.

Matthew Scerri

Aġġornament dwar Di Maria

Tard ilbieraħ filgħaxija bdiet tiċċirkola online l-aħbar li Juventus xebgħu jistennew ir-risposta ta’ Di Maria u għażlu li ma jkonplux in-negozjati miegħu. Nafu li Juventus ressqulu offerta li hu qrib ferm dak li hu kien qed jitlob: kuntratt għal sena waħda biss b’paga ta’ 7 miljuni. Ir-risposta definittiva ta’ Di Maria għadha ma waslitx u għalhekk ibieraħ ħarġet din l-aħbar li Juventus qatgħu qalbhom li jiksbu s-servizzi tal-Arġentin. Issa, però, irridu noqogħdu attenti għax din l-istorja kollha jaf tkun biss parti min-narrattiva tal-gazzetti li bħalissa ma tantx għandhom fuq xiex jiktbu u allura jibdew jipotizzaw x’jista’ jiġri bil-għan li jqajmu l-interess tal-qarrejja tagħhom. Fil-fehma tiegħi hu probabbli ferm li Juventus qed imexxu negozjati oħra ma’ plejers oħra (Berardi u Zaniolo) waqt li qed jistennew ir-risposta ta’ Di Maria. Minħabba raġunijiet ovvji, Di Maria jibqa’ l-għażla numru wieħed ta’ Juventus. Hu ovvju wkoll li Juventus ma jistgħux jistennew wisq fit-tul lil Di Maria hekk kif f’Awwissu diġà hemm erba’ partiti tal-kampjonat. Nifhmu li dit-telenovela waslet biex tintemm f’temp ta’ ġimgħa jew tnejn. Li hemm favur Juventus hu li, minn dak li nafu, Di Maria m’għandu ebda offerta oħra minn top club ieħor u allura hu probabbli li jirnexxilhom jiksbu l-firma tal-Arġentin.

Matthew Scerri

Filmat: L-aqwa gowls tas-Serie A 2021/22

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (24 ta’ Ġunju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Ġunju 2022

Prima Pagina Tuttosport 24/06/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 24/06/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 24/06/2022

Ħafna qlajjiet dwar allegat trasferiment ta’ Neymar ma’ Juventus

F’dawn il-jiem qrajna kemm-il darba li Luis Campos ta’ PSG ippropona lil Juventus li jiksbu lil Neymar. Hu m’għadux iktar fil-pjanijiet ta’ PSG u s-sidien tal-klabb iridu jeħilsu minnu minħabba l-paga fenomenali li għandu. Minn dak li nistgħu nifhmu, Juventus mhumiex wisq interessati li jiksbu lil Neymar. Ta’ min jirrimarka li s-sidien tal-klabb ta’ PSG, is-sinjuruni mill-Qatar, kienu xtraw lil Neymar bi ftehim wisq jew wisq skandaluż minħabba l-enormità tal-prezz imħallas. Dak iż-żmien parti sostanzjali mill-ħlas tax-xiri kienet ġiet direttament minn entità li kellha l-għan li toħloq interess madwar it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar. Hekk PSG setgħu jduru mar-regoli tal-Fair Play Finanzjarju u ma jeħlux sanzjonijiet. Illum, ftit tas-snin wara dak il-ftehim ‘skandlu’, PSG lesti letteralment ‘jarmu’ lil Neymar biex jeħilsu minnu. Viva l-futbol tan-nies!

Matthew Scerri