BBQ fil-Club tagħna

BBQ għall-familja kollha organizzat mill-Juventus Club Vero Amore ta’ Birkirkara. Nistiednukom għall-BBQ li se jsir fil-premises tagħna nhar il-Ħadd 28 ta’ Awwissu 2022.

Ejja u gawdi atmosfera Juventina waqt il-BBQ li jittella’ kull sena mill-klabb tagħna. Postijiet limitati! Ibbukja issa billi tibgħat messaġġ jew ċċempel lil Wayne jew Bryan fuq in-numri li jidhru hawn fuq.

Bookings jibqgħu jittieħdu sal-21 ta’ Awwissu 2022. X’qed tistenna? Ibbukja issa u ngħaqad magħna dakinhar!

Juventus jixtru aktar proprjetajiet

Juventus FC lesti jixtru aktar propjetajiet hekk kif għarrfu lil JVillage Fund li lesti jixtru għal kollox il-binja li tospita s-sede tal-klabb kif ukoll il-Media & Training Centre. Juventus ilhom jużaw dawn il-propjetajiet sa mill-2015 u kienu qed iħallsu 2.9 miljun Ewro fis-sena (VAT eskluża). Fil-kuntratt Juventus kellhom id-dritt li jixtru dawn il-propjetajiet u qed jużaw dad-dritt. Fin-nota maħruġa mill-klabb naqraw li l-prezz għad irid jiġi kkalkulat skont parametri stabbiliti seba’ snin ilu, liema prezz mhux se jaqbeż l-47.6 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Tliet plejers imsemmija minflok Alex Sandro

Alex Sandro fadallu sena kuntratt u żgur li l-kuntratt tiegħu mhux se jkun imġedded. Illum mingħajr dubju hu l-punt l-aktar dgħajjef tat-tim Juventini. Qed ikun irrapurtat li Juventus lesti jneħħuh immedjatament għalkemm mhux faċli minħabba li għandu paga ta’ 6 miljuni. Jekk jirnexxilhom isibulu tim ġdid, l-eredi tiegħu mistenni jkun wieħed bejn Destiny Udogie (Udinese), David Raum (Hoffenheim) jew Emerson Palmier (Chelsea). Udogie ilu jiġi msemmi u hu żgur l-aqwa talent Taljan f’dik il-pożizzjoni. Emerson Palmier ilu jiġi msemmi snin ma’ Juventus u jidher li hu plejer li anki hu qabad xi ftit jew wisq it-triq tan-niżla. Raum, imbagħad, hu isem ġdid. Għandu esperjenza vasta fil-Bundesliga u bħal ħafna plejers Ġermaniżi jabbina saħħa fiżika ma’ teknika tajba. Ta’ min jgħid, fl-aħħar, li l-akkwist ta’ wieħed minn dawn it-tlieta jista’ jkun possibbli anki jekk Sandro jibqa’ sena oħra ma’ Juventus. Nafu li Pellegrini għandu diversi offerti u jista’ jkun li Juventus ibigħuh biex jixtru full-back xellugi ġdid, b’Sandro jkun ir-riserva tiegħu.

Matthew Scerri

L-irwoli tal-membri tal-kumitat għas-sena 2022/23

Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat għal din is-sena 2022/23, il-President Joseph Fenech ħabbar l-irwoli l-ġodda lill-membri tal-kumitat li ġew konfermati fil-laqgħa ġenerali annwali iktar kmieni dan is-sajf. L-irwoli huma kif ġej:

President
Joseph Fenech

Segretarju Ġenerali
Joe Shields

Teżorier
Emmanuel Cassar

Direttur tal-klabb
Simon Vella

Viċi President u Segretarju Internazzjonali
William Micallef

Uffiċjal tesseramenti, Assistent Segretarju u Assistent Segretarju Internazzjonali
Darren Micallef

Direttur Attivitajiet, Assistent Segretarju u Assistent Teżorier
Wayne Buttiġieġ

Reklamar Media Soċjali u Assistent Direttur tal-klabb
Michael Pizzuto

Assistent Direttur Attivitajiet
Bryan Degabriele

Direttur Marketing, PRO u Assistent Segretarju
Aleandro Bartolo

Il-kumitat ifakkar li sħubija 2022/23 hija miftuħa u wieħed jista jissieħeb kemm online u kemm mill-uffiċċju tal-klabb kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis.

L-injury ta’ Pogba. Tliet xenarji possibbli

Illum hi l-ġurnata li matulha Paul Pogba se jkun iniżtat minn espert bil-għan li jiġi deċiż kif inhu l-aħjar mod biex il-Franċiż jeħles mill-problemi li għandu f’irkoptu. Hemm tliet soluzzjonijiet li qed jissemmew, tnejn li jirrikjedu operazzjoni u oħra li tikkonċerna trattament bla ebda intervent. L-ewwel operazzjoni hi waħda ta’ tindif tal-cartridge tal-irkoppa u hi meqjusa bħala intervent ħafif. F’dal-każ Pogba jkollu jdum barra 40—69 jum. Imbagħad hemm operazzjoni oħra, iktar delikata li tiggarantixxi li l-problema tissolva darba għal dejjem. Jekk Pogba jagħmel din l-operazzjoni, ikollu jibqa’ wieqaf 5-6 xhur u jitlef nofs staġun ma’ Juve u t-Tazza tad-Dinja. It-tielet soluzzjoni hi li Pogba jibqa’ jingħata injections u kura medika oħra biex itaffi l-uġigħ u jkun jista’ jilgħab. Fit-tielet soluzzjoni x’aktarx hi l-favorita ta’ Pogba biex ikun jista’ jilgħab fit-Tazza tad-Dinja. Madankollu Juventus m’ghandhomx interess li Pogba jagħżel fit-tielet soluzzjoni peress li inevitabbilment xi ħin jew ieħor ikollu jagħmel l-operazzjoni l-aktar serja (x’aktarx wara t-Tazza tad-Dinja) bil-konsegwenza li f’dan l-istaġun kollu jieħdu ftit li xejn minn Pogba.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (28 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ Lulju 2022

 

Prima Pagina Tuttosport 28/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 28/07/2022

 

Prima Pagina Corriere dello Sport 28/07/2022

 

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (27 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Lulju 2022

 

 

Prima Pagina Tuttosport 27/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 27/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 27/07/2022

Filmat: Juventus-Barcellona 2-2

Interess qawwi f’Paredes min-naħa ta’ Juventus

Hu fatt magħruf li Juventus iridu lil Paredes biex ikun il-mutur tagħhom f’nofs il-grawnd. Bl-injury ta’ Pogba, jista’ jkun li Juventus iħaffu jiffirmaw lil Paredes. Qed jissemma bdil ma’ Rabiot, għalkemm mhux eskluż li Juventus jinvestu somma sew biex jiksbu s-servizzi tiegħu bla ma jpartu ma ebda plejer mit-tim tagħhom.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Itterminat il-kuntratt ta’ Ramsey

Intlaħaq ftehim bejn Juventus u Ramsey biex il-kuntratt tal-midfielder minn Wales ikun itterminat sena qabel iż-żmien. Fin-nota maħruġa minn Juventus m’hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jkun qed jingħata Ramsey. Qed tissemma ċ-ċifra ta’ 3 miljuni li Ramsey se jdaħħal talli aċċetta dal-ftehim.

Matthew Scerri