Uffiċjali: Mandragora mibjugħ lil Fiorentina

Juventus ħabbru li bigħu lil Rolando Mandragora lit-tim ta’ Fiorentina għas-somma ta’ 8.2 miljun Ewro, liema somma se titħallas fi tliet rati. Ma’ dis-somma hemm anki performance bonus li jammonta għal 1 miljun Ewro.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (5 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-5 ta’ Lulju 2022

Prima Pagina Tuttosport 05/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 05/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 05/07/2022

Zaniolo msemmi b’saħħa ma’ Juventus

Kulma jmur Nicolò Zaniolo qed jissemma dejjem iktar b’saħħa ma’ Juventus. Minn dak li qed jiġi rrapurtat, jidher li r-rieda ta’ Zaniolo hi li jitlaq lil Roma biex jingħaqad ma’ Roma. It-taħdidiet ma’ Roma għall-kuntratt il-ġdid tiegħu huma weqfin bil-partijiet mhux jirnexxilhom jiddjalogaw. Zaniolo jrid jitlaq. Roma jridu jżommuh biss fehmu li l-plejer għandu intenzjonijiet oħra u, bħal dejjem, klabb diffiċli jżomm plejer kontra r-rieda tiegħu. Bil-mod il-mod Juventus għaddejjin bil-ħidma tagħhom biex jiksbu s-servizzi ta’ Zaniolo. S’issa ma jirriżultax li kien hemm offerti uffiċjali min-naħa ta’ Juventus, għalkemm nafu fiċ-ċert li l-klabbs iltaqgħu u tkellmu b’mod informali dwar Zaniolo. L-għidut hu li Juventus lesti joffru tpartit ma’ Arthur jew inkellha jiksbu lil Zaniolo b’self bl-obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Bdejna!

L-istaġun 2022/23 beda uffiċjalment hekk kif bdew deħlin lura mill-vaganzi wħud mill-plejers. Il-preseason jibda nhar it-Tnejn 10 ta’ Lulju, biss il-plejers li qed jirkupraw minn injury u dawk li ma kellhomx impenji mat-tim nazzjonali rispettiv, diġà nġabru fil-Continassa biex jibdew it-taħriġ tagħhom. Il-plejers in kwistjoni huma: Arthur, Fagioli, De Sciglio, Pjaca, Zakaria, Danilo, Kean, Chiesa u De Winter.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (4 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Lulju 2022

Prima Pagina Tuttosport 04/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 04/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 04/07/2022

 

Di Maria u Pogba waslu biex jaslu!

Għalkemm l-aħbar mhix waħda uffiċjali, jidher li l-ġimgħa d-dieħla Angel Di Maria u Paul Pogba se jkunu qed jaslu Turin wara li l-vaganzi tagħhom waslu fi tmiemhom. Huma se jkunu qed jagħmlu t-testijiet mediċi u wara jiffirmaw il-kuntratti li se jorbtuhom ma’ Juventus. It-tnejn li huma, l-istess bħal bqija ta’ sħabhom, se jkunu qed jibdew it-taħriġ taħt it-tmexxija ta’ Allegri mill-10 ta’ Lulju, id-data uffiċjali tal-bidu tal-preseason Juventin.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (3 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-3 ta’ Lulju 2022

Prima Pagina Tuttosport 03/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 03/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 03/07/2022

Testijiet mediċi għal Mandragora qabel jiffirma ma’ Fiorentina

Rolando Mandragora kien jinsab illum f’Villa Stuart, f’Ruma, għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Fiorentina. Hu se jkun qed jieħu post Torreira f’nofs il-grawnd tat-tim immexxi minn Italiano. Qed jissemma li Fiorentina se jħallsu madwar 10 miljuni għalih.

Matthew Scerri

Bidliet fin-numru tal-flokkijiet ta’ Chiesa u Vlahovic

Direttament mis-sit tal-Juventus Store, saret magħrufa bidla fin-numri tal-flokkijiet ta’ Federico Chiesa u Dusan Vlahovic. L-attakkant Serb se jkun qed jilbes il-flokk numru 9, filwaqt li Chiesa se jkollu n-numru 7. Fil-ġimgħat li għaddew kien hemm ħafna xnigħat li Chiesa se jkun qed jingħata l-flokk numru 10 wara t-tluq ta’ Dybala, b’Cuadrado jieħu lura n-numru 7. Madankollu dan ma seħħx. Kollox jindika, issa, li n-numru 10 ta’ Juventus se jkun qed jinġarr mill-ġdid minn Paul Pogba.

Matthew Scerri

Il-preseason Juventin 2022/23 jibda fl-10 ta’ Lulju

Juventus ħabbru li l-preseason 2022/23 se jkun qed jibda uffiċjalment fl-10 ta’ Lulju. Ġimgħa qabel, jiġifieri mill-4 ta’ Lulju, se jkunu qed jaslu fil-JTC tal-Continassa uħud mill-plejers Bianconeri li qed jirkupraw minn xi injury jew li ma kinux impenjati mat-timijiet nazzjonali rispettivi. Fl-10 ta’ Lulju t-tim kollu se jkun fil-Continassa għat-testijiet mediċi tal-bidu tal-istaġun u l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ taħt it-tmexxija ta’ Allegri u l-bqija tal-istaff tekniku.

Matthew Scerri