L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (4 ta’ Gunju 2022)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Ġunju 2022



Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Ġunju 2022



Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-3 ta’ Ġunju 2022



Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Ġunju 2022 se jkollna fostna ġewwa l-Club lil Moreno Torricelli u Nicola Legrottaglie. Dawn se jkunu fostna fl-okkażjoni tal-Cruise li Radio Bianconera se tkun qiegħda tagħmel fil-Mediterran.
Dħul esklussiv għall-membri 2021/22 jew 2022/23 biss. Għaldaqstant min għadu mhux imsieħeb inħeġġuh jagħmel dan billi jiklikkja hawn:
Din l-istedina hija miftuħa bejn nofsinhar u 3pm. Narawkom!
Kulmin se jattendi huwa mitlub li jibgħat sms fuq dawn in-numri sa mhux aktar tard mit-Tnejn 6 ta’ Ġunju: Brian 99637288 jew Wayne 99869557.
Qed ikun hemm diversi rapporti li Juventus għandhom ftehim biex jiksbu lill-midfielder mal-linja xellugija ta’ Eintracht Frankfurt, Kostic. Hu qed ikun indikat bħala s-sostitut ta’ Bernardeschi fit-tim ta’ Allegri. Minkejja l-ħafna għidut li kien hemm fl-aħħar jiem, s’issa jirriżulta li Juventus għadhom ma ressqu ebda offerta għal Kostic. Fuqu hemm interess qawwi minn Inter, li ilhom ħafna f’negozjati mal-aġent tiegħu, u Roma.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-2 ta’ Ġunju 2022



Filmat qasir li joħodna lura għas-sena 1967 meta, proprju bħal-lum, Juventus għelbu lil Lazio 2-1 fil-kampjonat.
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-1 ta’ Ġunju 2022



Bħal-lum 13-il sena Pavel Nedved lagħab l-aħħar partita tiegħu bil-flokk ta’ Juventus u b’mod ġenerali waqaf mill-karriera tiegħu ta’ plejer. Komplessivament lagħab 8 staġuni ma’ Juventus b’total ta’ 327 partita u 65 gol. Fi tmien snin rebaħ 4 scudetti. Hi opinjoni ta’ kulħadd li Juventus tilfu l-Finali taċ-Champions League fl-2003 għax Nedved kien sospiż. Dik is-sena Nedved kien l-aqwa plejer fl-Ewropa tant li rebaħ il-Ballun tad-Deheb. Hu minn dejjem ħabb lil Juventus u saħansitra niżel magħna fis-Serie B. Lejn tmiem il-karriera kellu l-opportunità li jingħaqad ma’ Inter, biss hu għażel li ma jmurx magħhom għax kif spjega: “Jien Juventin. Tlift il-flus ta’ Inter, imma żammejt id-dinjità tiegħi.”
L-aħħar partita fil-karriera tiegħu kienet Juventus-Lazio tal-31 ta’ Mejju 2009. Id-destin ried li hu jirtira fi tmiem partita bejn iż-żewġ timijiet li lagħab magħhom fl-Italja. Dakinhar tal-31 ta’ Mejju s-supporters ta’ Juventus sellmulu bl-iktar mod xieraq. Il-video t’hawn taħt jurina x’ġara dakinhar. Barra minn hekk għandkom żewġ videos oħra biex niftakru minn kien Pavel Nedved:
Matthew Scerri