TORINO BIANCONERA

Ghal darb’ohra il-belt ta’ Torin bajda u sewda, il-kuluri glorjuzi tal-Juventus li ghas suggett kalcistiku huma l-Juventus li jitfghu din il-belt fuq il-mappa tad-dinja ghaliex kif issemmi, Torin kulhadd jiguh f’mohhu l-Juventus u hadd aktar!

Rebha ohra fid-derby li ghalkemm it-tim ta’ Torino qatt kwazi ma’ kien oppozitur denju hlief forsi fis-snin tmenin u jinstema biss meta jkun gej id-derby biex joqghodu jitghajru u jaqalaw xi ftit inkwiet ukoll minhabba fl-opinjoni tieghi ghira ghal Juventus u l-gid li ghandha.

Izda nigu ghal partita fejn bilmod il-mod qed jidher li Thiago Motta qed isib il-hdax jew parti l-kbira ta’ players li dejjem jibdew bhal Thuram u Locatelli li jidhru qeghdin jikbru fil-loghob taghhom u Gatti u Kalulu li jidhru sabu stabbilita fid-difiza. Ma’ nistax ma’ nsemmix lil Cambiaso li ghalija kien il-man of the match.

Kellna l-ewwel taqsima tajba fejn konna superjuri f’kollox kwazi l-hin kollu u Torino qatt ma’ kienu perikoluzi. Morna fil-vantagg b’azzjoni u invenzjoni ta’ Cambiaso li prattikament qasam grawnd shih biex wasal il-gowl ta’ Timothy Weah li diga skurja 4 gowls u meta niftakar l-istagun li ghadda kien jilghab bhala fullback jaqbadni d-dahq biex ma’ nghidx il-biki!

It-tieni taqsima kienet pjuttost kwieta fejn nidhru li drajna ukoll namministraw il-loghba peress li laghbna fost il-gimgha fl-ewropa allura fizikament zgur mhux ser tregi ritmu gholi tul id-disghin minuta kollha. Xorta kellna okkazjonijiet li stajna ghalaqna l-partita b’xutt tajjeb ta’ Conceicao u gowl mhassar lil l-istess Weah ghal handsball sakemm wasal it-tieni gowl ta’ Yildiz li ghalkemm kellu loghba kwieta kien decisiv bil-kwalita tieghu u ghalaq il-loghba propju f’gheluq iz-zmien ta’ Alex Del Piero il-player favurit tieghu u taghna kollha.

Gejja waqfa u nghid li kellna bzonna forsi nirkupraw aktar players mil-injuries u nisperaw li min-nazzjonal hadt ma’ jigi bl-injuries ghaliex gejjin hafna partiti f’daqqa u zgur li ha jkollna bzonn lil kulhadd.

Sakemm nergaw nirritornaw ghal kampjonat bhal dejjem

FORZA JUVE

DRO XOTT

Jekk tistaqsuni jekk hux kuntent b’dan id-dro nwegibkom lanqas xejn meta affrontajna tim b’ta’ lanqas 8 players nieqsa u il-mod kif interpretajna il-loghba.

Fl-opinjoni tieghi rajt kwazi mgieba li specjalment fit-tieni taqsima konna kuntenti bid-dro! Kif qed tinnutaw illum bdejt bil-kontra ghax bdejt mit-tieni taqsima ghaliex vera dizappuntat, minn wara l-penalty emmint li ser ngibu rizultat massimu izda mhux talli it-tlett punti ma’ waslux talli ergajna ghamilna kwazi 30 minuta nilghabu minghajr attakant fil-kaxxa li kull meta bdejna naghmlu kontratakk u nikrossjaw beda jkollna nikrossjaw dejjem lura! Ma’ nistax nifhem din il-mossa ta’ Motta li ghar-raba darba dan l-istagun jaqla lil Vlahovic u nserrhu d-difizi avversarji. Jekk hawn xi hadd li jikritika bil-kbir lil Vlahovic huwa jien izda bhalissa fis-sitwazjoni li qeghdin ma’ tistax taqalaw ghax ma’ ghandniex attakanti tal-kaxxa ohrajn biex hlejna 30 minuta u armejna partita. Jekk Motta qed jahseb li ghandu l-Barcellona f’idejh u jista jilghab bla attakant centrali sejjer zball kbir.

Kellna l-ewwel taqsima li ma’ konniex hazin ghaliex stennejt li Lille ser jippresawna aktar izda ma’ kienx hekk u kellna anka 2 gowls mhassra izda ma’ l-ewwel harba ta’ Lille fejn Cabal li kellu loghba hazina mmens ma’ kienx kapaci jwaqqaf lil left wing li stordih tul il-partita kollha. Gennu kemm fid-dribbling u kemm fil-heffa. Cabal irid jaghmel hafna aktar minn hekk, donnu ma’ nistawx insibu full back tajjeb mal-linja kollha ta’ personalita u tajjeb tattikament.

Personalment ghadni mhux nara dik id-determinazjoni fl-ewropa, dik l-agressivita u heffa li naraw f’timijiet ohra bhal l-istess Lille mimlijin zaghzagh izda determinati u dixxiplinati. Izda kif dejjem nghidu irridu nistennew u niehdu pacenzja ghaliex dan it-tim ghad jonqsu biex jinbena kompletament u forsi jsib stabilta li sa issa zgur ghad ma’ ghandniex.

Ndawru l-pagna u nibdew nahsbu fid-derby, il-partita li jmiss ghaliex li hu zgur li rridu nigu ma’ l-ewwel erba fil-kampjonat biex dejjem jidhlu certa ammont ta’ flus fis-socjeta u ghalhekk zgur li ghandna bzonn serje ta’ rebhiet biex ntellaw l-punti u naslu ghat-tragward malajr kemm jista jkun.

FORZA JUVE DEJJEM