3 PUNTI BISS

Minn din il-partita kontra Como niehdu it-tlett punti u t-tieni rebha konsekuttiva ghaliex bhala prestazjoni tat-tim kienet fjakka immens.

Regaw hargu l-istess difetti tas-soltu li ddejaqna naraw u nirrepetu l-istess diskors, ergajna ma’ rajniex sistema ta’ loghob, ergajna ma’ rajniex l-icken determinazzjoni, ergajna rajna avversarji jigru t-triplu taghna, ergajna rajna ghazliet tattici diskutibbli u li ma’ jifimom hadd, ergajna rajna l-istess zball banali li qallana l-gowl tad-dro qabel il-mistrieh.

L-unika haga pozittiva minn din il-partita hija Kolo Muani, hames gowls fi tlett loghbiet u jekk miniex sejjer zball kiser anka r-rekord ta’ Tevez, nibqa u nerga nghid li jekk ikollu attakkant iehor hdejh u tinqaleb is-sistema ghal 4-4-2 ikun aktar tajjeb u decisiv izda Thiago Motta issa drajnih u s-sistema ma’ jibdila qatt.

Ergajna rajna lil Savona jilghab kontra siequ u naturalment it-taqsima li laghab kien dizastruz u l-winger ta’ Como iddominah u stordih. Rajna l-akkwist il-gdid Lloyd Kelly li apparti li ghandu fiziku, jidher li ghandu limiti difensivi kbar. Ergajna rajna loghba ohra dizappuntanti ta’ Koopmeiners li minn zball banali tieghu qlajna l-gowl ta’ dro, nistaqsi x’inhu jistenna l-kowc biex imqar ipoggih bilqeghda ghal imqar zewg loghbiet.

Izda minkejja dawn il-problemi l-aqwa li waslu t-tlett punti li fuq kollox dawk l-importanti biex ergajna caqlaqna l-klassifika u npattu ghal hafna punti li gharmejna sa issa.

Wasalna ghal zewg loghbiet importantissimi, kontra PSV fl-ewropa u kontra Inter il-hadd li gej. Dan huwa mument krucjali ghal Juventus kemm fil-pitch u kemm barra ghaliex kontra Inter ser ikollna indikazzjoni x’ser ikun l-andament taghna ghal kumplament ta’ l-istagun, fl-ewropa, u il-futur ekonomiku biex nkunu nistaw ninvestu aktar fil-futur. Li hu zgur li sa issa ma’ ghandna xejn stabbilit.

Sadanittant bhal dejjem

FORZA JUVENTUS

FTIT TAN-NIFS

Ir-rebha kontra Empoli taghtna ftit tan-nifs u ftit moral specjalment ghalina s-sapporters Juventini li fl-andament ta’ dan l-istagun sirna nibzaw anka minn timijiet zghar minhabba nuqqas ta’ kontinwita mit-tim taghna.

Filfatt kellna l-ewwel taqsima fejn ergajna rajna l-fantazmi u personalment bzajt li rega gej weekend ta’ disprament kalcistiku! Morna fi zvantagg mal-bidu tal-partita b’gowl skurjat minn hadt hlief Matthia de Sciglio player li tant kritikajna meta kien maghna u wiehed minn dawk li kien regolari fil-J medical! Meta terga tara dan il-gowl apparti s-soltu nuqqas ta’ marking fid-difiza ghadni ma’ nistax nifhem kif gie konvalidat meta kien car offside quddiem il-gowler taghna li tellef letteralment lil di Gregorio milli jara l-ballun gej.

L-ewwel taqsima kompliet bis-soltu konfuzjoni u nuqqas kbir tattiku fejn ghalkemm kellna ftit okkazjonijiet zghar li stajna gibna dro nqasna milli ghamilna dan. Rajna l-miljun formazzjoni differenti b’certu ghazliet li ghadni ma’ nistax nifhimom, bhal Savona li laghab fuq ix-xellug biex rega kien timidu mmens, ergajna rajna l-ghazla ta’ attakant wiehed li tidher carissima li mhux tahdem.

Fit-tieni taqsima ukoll kellna bidu xejn tajjeb izda mal-hin bdejna naghfsu lil avversarji li anka wara l-giri li grew tul il-partita bdiet tidhlilom l-gheja fuqom u hemm hadna l-partita f’idejna fejn permezz ta’ Kolo Muani u l-fiziku b’sahhtu tieghu gibna dro. Sakemm ukoll l-istess player tefghana fil-vantagg minn xutt ta’ Timothy Weah li habat ma’ l-istess Kolo Muani fortunatament biex ghamel it-tielet gowl tieghu minn zewg loghbiet li laghab.

Sa dak il-hin kienet saret tibdila u dahal Dusan Vlahovic li bi dhul tieghu gejna b’zewg attakanti u hemmhekk kulhadd setgha jara d-differenza kemm zammejna l-ballun fl-attak u kemm qasmu l-ballun bejnietom u kemm ftahna d-difiza ta’ Empoli. Personalment ili nghid li dan it-tim jista jilghab 4-4-2 b’wingers offensivi li jitfaw il-crosses lil attakkanti taghna fil-kaxxa u konvint li nkunu hafna u hafna ahjar.

Tajjeb li bhal meta nikkritikaw l-istess naghmlu fil l-pozittiv u nixtieq nsemmi l-gmiel ta’ gowl li ghamel Dusan Vlahovic, gowl bellezza mimli rabja ghal mument li ghaddej minnu b’xutt meraviljuz u allura jien nistaqsi hija s-sistema hazina jew Vlahovic mhuwiex player kontinwu?

Sa tmiem il-partita wasal ukoll ir-raba gowl ta’ Chico Conceicao li naturalment meta jkun il-mument tal-kontrattak zgur lil avversarji bil-heffa tieghu ftit hawn bhalu!

Bhal dejjem u bhal ma’ dejjem nghid, saqajna ma’ l-art, kollha nafu kemm dan l-istagun qisna bandla wahda l-fuq u ohra l-isfel, nisperaw li nibqaw telghin il-fuq!

U bhal dejjem

FORZA JUVE SA L-AHHAR NIFS