Magħrufa d-dati u l-ħinijiet tal-partiti li jmiss tas-Serie A

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tas-Serie A mill-24 sas-26 Ġurnata. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:

24 Ġurnata: Juventus-Verona (Il-Ħadd 6 ta’ Frar 2022, 8.45 p.m.)
25 Ġurnata: Atalanta-Juventus (Il-Ħadd 13 ta’ Frar 2022, 8.45 p.m.)
26 Ġurnata: Juventus-Torino (Il-Ġimgħa 18 ta’ Frar 2022, 8.45 p.m.)

Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta mat-tim nazzjonali Taljan

Ħames plejers ta’ Juventus ġew mgħajta minn Roberto Mancini għat-training camp li se jsir bejn is-26 u t-28 ta’ Jannar 2022 bi preparazzjoni għall-play-offs tat-Tazza tad-Dinja. Il-plejers Juventini mgħajta huma: De Sciglio, Chiellini, Pellegrini, Locatelli u Bernardeschi. Ġie mgħajjat għall-ewwel darba anki Nicolò Fagioli, il-plejer ta’ Juventus li attwalment jinsab misluf lil Cremonese.

Il-plejers kollha mgħajta huma:

Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tal-Kwarti-Finali tal-Coppa Italia

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tal-Kwarti-Finali tal-Coppa Italia 2021-22. Il-programm hu dan li ġej:

It-Tlieta 8 ta’ Frar 2022

Inter-Roma (9.00 p.m. – Canale 5)

L-Erbgħa 9 ta’ Frar 2022

Milan-Lazio (9.00 p.m. – Canale 5)

Il-Ħamis 10 ta’ Frar 2022

Atalanta-Fiorentina (6.00 p.m. – Italia 1)
Juventus-Sassuolo (9.00 p.m. – Canale 5)

Matthew Scerri

Punt ta’ aktar tama

ID-DRO TAL-BIERAH IHALLI LIT-TIM JUVENTIN MWAHHAL MA’ L-EWWEL ERBA FIL-KLASSIFIKA. ZGUR ILLI BIEX NIGU MA’ L-EWWEL ERBA KULHADD JAF ILLI FADAL HAFNA PROGRESS XI JSIR. ZGUR MA’ KINITX XI WIRJA TAJBA GHALKEMM MILAN MA’ IBBRILLAWX ANQAS. KIENET LOGHBA TA’ 90 MINUTA BIZ-ZEWG TIMIJIET LETTERALMENT JISTUDJAW LIL XULXIN U JIPPRUVAW JISTENNEW IL-MUMENT OPPORTUN FORSI TINQALA XI OKKAZJONI BIEX JISKURJAW. FATT POSITTIV LI INNUTAJT FIT-TIM TAGHNA DONNU HEMM AKTAR SOLIDITA DIFENSIVA U ANQAS BIZA TEKNIKA MIS-SOLTU.

NATURALMENT IR-RITORN TA’ CHIELLINI FID-DIFIZA JAGHTI HAFNA CERTEZZA U SERHAN IL-MOHH LIL PLAYERS L-OHRA U FL-ISTESS HIN HIJA XI HAGA NEGATTIVA GHALIEX BIEX GHADNA NIDDEPENDU HAFNA FUQ PLAYER BHAL CHIELLINI LI WASAL FL-AHHAR TAL-KARRIERA TIEGHU ZGUR MHUWIEX SINJAL SABIH. DANIELE RUGANI UKOLL KELLU PRESTAZZJONI OHRA TAJBA, GHALKEMM NIBQA NSOSTNI LI HUWA PLAYER TIMIDU HAFNA ZGUR LI REGA QEDA DMIRU TAJJEB HAFNA. L-ISTESS DE SCIGLIO ILLI GHANDI EZATT L-ISTESS OPINJONI FUQU BHAL MA’ GHIDTILKOM FUQ RUGANI.

GHAL DARBOHRA REGA DEHER FIT-TIM KEMM GHANDNA BZONN MIDFIELDER PLAYMAKER LI JTELLANA BIL-BALLUN U KAPACI JITMA LILL-ATTAKANTI, DYBALA U MORATA REGAW KIENU INEZISTENTI IZDA BIEX INTIJOM PUNT FAVURIJOM MIN KIEN HEMM JITMAHHOM? INUTLI LI JKOLLOK ATTAKKANT TAJJEB U M’GHANDUX MIN JAPPOGJAH SEW JISTA JKOLLOK LIL MBAPPE JEW HAALAND GHAX IL-PROBLEMA HEMM TIBQA. VOLDIRI VERA QED JISSEMMA VLAHOVIC IZDA XORTA L-PROBLEMA HEMM HA TIBQA! GHALKEMM IRRID NARA BIEX NEMMEN KEMM VERA JSIR DAN L-AKKWIST F’JANNAR.

INFAKKARKOM UKOLL ILLI HEMM DIFFERENZA KBIRA BEJN TILGHAB MA’ FIORENTINA U TILGHAB MA’ JUVENTUS, MINIEX NGHID LI VLAHOVIC MHUWIEX PLAYER TAJJEB IZDA MA’ NAGHGLUX FL-OPINJONIJIET GHALIEX BHALI HAWN HAFNA LI GHADDEW MINN TAHT L-ERA TA’ AMAURI! LI UKOLL MA’ PALERMO KIEN SKURJA BIL-KBIR U KIF GIE MAGHNA BEDA TAJJEB U SVANIXXA FIX XEJN. VOLDIRI JEKK ISIR L-AKKWIST TA’ VLAHOVIC BHALKOM NIEHU PJACIR IZDA MA’ JKOLLIX IC-CERTEZZA TA’ META GIE AKKWISTAT HIGUAIN JEW TEVEZ BIEX INTIKOM EZEMPJU.

IL-BIERAH GHAL DARBOHRA ALLEGRI WERA KEMM HU KONSERVATUR U FTIT JEMMEN LI ZGHAZUGH JEW TEMMEN FIH JEW MA’ TEMMINX. IL-BIERAH KONT NEMMEN ILLI FLOK CUADRADO L-AHHAR 10 MINUTI KONT NERGA NAGHTI CANS LIL AKE LI FIL-COPPA ITALIA WERA HEFFA KBIRA U CERTA TEKNIKA FINA BIL BALLUN U DAK IL-HIN BIL-MILAN LI KIENU NAQSU MIR-RITMU KONT NEMMEN LI KIEN JISWINA IZDA MINFLOK DAHAL IS-SOLTU BERNARDESCHI LI REGA TILEF IL-KEJL TAL-PITCH!! XI HADT JGHIDLU LI SAL LINJA JRID JASAL BIL-BALLUN! DEJAN KULUSEVSKI MA’ FADALLIX AKTAR KUMMENTI FUQU, WIEHED MILLI EMMINT HAFNA FIH IZDA IDDAZUPUNTANI BIL-KBIR.

WARA L-WAQFA GEJ ZMIEN KRUCJALI VS VERONA HOME, VS ATALANTA AWAY, U HEMM ZGUR HA JKOLLNA STAMPA CARA FEJN SER IKUN ID-DESTIN TAGHNA!

FORZA JUVE DEJJEM

Dsatax-il sena ilu ħalliena Gianni Agnelli

Illum jaħbat eżatt id-19-il anniversarju mill-mewt ta’ Gianni Agnelli, l’Avvocato kif kien magħruf. Hu jibqa’ wieħed mill-iktar persunaġġi interessanti fl-istorja Bianconera. Bl-ironija u s-simpatija tiegħu Gianni Agnelli għaraf iħalli impatt fl-istorja ta’ Juventus u ta definizzjoni iktar ċara u konkreta ta’ x’inhu “lo stile Juventus”.

Dan il-filmat li ġej se jfakkarna ftit min kien Gianni Agnelli u r-rabta li hu kellu ma’ Juventus:

Matthew Scerri

Kollox mar sew fl-operazzjoni ta’ Chiesa. Lura seba’ xhur oħra

L-operazzjoni ta’ Federico Chiesa saret u kollox mar tajjeb ferm. L-operazzjoni tal-cruciate saret fil-klinika ‘Hochrum’ f’Insbruck, l-Awstrija. Operah il-Professur Christian Fink. Kif għidna mar kollox sew u Chiesa se jkun qed jirritorna għall-azzjoni madwar seba’ xhur oħra.
Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (24 ta’ Jannar 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Jannar 2022.

Prima Pagina Tuttosport 24/01/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 24/01/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 24/01/2022

Bħal-lum fil-passat (24 ta’ Jannar)

Il-Kwarti-Finali tal-Coppa Italia 1989/90. Nhar l-24 ta’ Jannar 1990 Juventus kienu lagħbu kontra Sampdoria, f’dawk is-snin l-aqwa tim fl-Italja. Il-Bianconeri rebħu 2-1 b’gowls ta’ Marocchi u De Agostini.