L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (20 ta’ Jannar 2022)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Jannar 2022.
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Jannar 2022.
Il-protagonist assolut dakinhar tal-20 ta’ Jannar 1988 kien Ian Rush. F’partita tal-Coppa Italia hu kien skurja erba’ gowls fir-rebħa li Juventus kisbu barra minn darhom kontra Pescara bl-iskor kbir ta’ 2-6.
Il-Brażiljan Arthur jista’ jħalli lil Juventus fis-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti. Fl-aħħar jiem kien hemm għidut li Arsenal iriduh b’saħħa u li għandhom ftehim mal-plejer. Hemm rapporti li llum l-aġent tiegħu, Federico Pastorello, kien Londra u kellu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Arsenal x’aktarx sabiex ikomplu jiftehmu dwar l-istrateġija għat-trasferiment tiegħu. F’dan l-istadju jidher li Arsenal iriduh b’self. Min-naħa tagħhom nafu li Juventus ma tantx huma favur dat-tip ta’ ftehim peress li jridu jsibu sostitut għalih f’temp qasir mingħajr ma jkollhom garanzija li Arsenal se jixtru lil Arthur għal kollox fis-sajf. Mil-banda l-oħra ma rridux ninsew li Pastorello stqarr pubblikament li Arthur ħaqqu jilgħab iktar, ħaġa li bħalissa Juventus ma jistgħux jiggarantalu filwaqt li Arsenal lesti jagħtuh iktar logħob.
Matthew Scerri
L-injury ta’ Chiesa halla mpatt qawwi fuq il-pjanijiet ta’ Juventus u tal-kowc Max Allegri. Konna nisimghu lil kowc jghidilna li l-iskwadra se tibqa l-istess u din id-diska ghadna qeghda tindaqq sal-llum. Izda kemm hi l-verita? Nisperaw li Allegri flimkien ma Arrivabene, Cherubini u Nedved qieghed ifitexx l-ahjar soluzzjoni biex jimla l-vojt li halla Fede fejn jidhlu l-goals. Vera qed naraw lil Dybala jerga jsib il-forma izda dan mhux magna u xi darba jew ohra jrid jistrih! Rajna wkoll li fiducja f’Kean u fil-gdid Kaio Jorge ftit li xejn hemm, li jwassal biex wiehed jistaqsi ghalfejn dawn ingibu mal-iskwadra; imma dak argument iehor ghal darb’ohra.
Qed jissemmew diversi plejers li jistaw jinghaqdu mat-tim Juventin f’Jannar. Fosthom hemm Martial ta Utd, Azmoun ta Zenit u Icardi ta PSG. Kollha fl-oppinjoni tieghi plejers validi li nahseb kapaci jtuna spinta fuq quddiem u joffru l-firepower li hemm bzonn la Allegri ma jridx jaf li jafda lil Kean u Kaio. Pero kemm fil-verita hemm cans li jingieb xi hadd f’din it-tieqa ta’ trasferimenti? Milli qeghdin nisimaw u naqraw, ikolli nghid li xejn ma jien konvint li dan se jigri. Ir-raguni principali hija wahda – m’hemmx flus!
Kagun tal-izbalji li saru fis-sajf jew l-ghaggla biex jingieb sostitut ta Ronaldo, spiccajna twikkejna bi plejer (Kean) li maghna qatt ma brilla u li issa qeghdin inhallsuh paga li seta facilment inghatat lil sostitut denju fuq quddiem. Jekk tistaqsuni x’inhi il-probabilta li nakkwistaw il xi hadd issa nghidilkom li fl-oppinjoni tieghi, ic-cansijiet huma inqas minn 50%.
Nisperaw biss li dan in-nuqqas ta pjanar u diffikulta fil-finanzi ma jzommx lit-tim li hemm bhalissa milli jkompli jaghmel il-progress li qed narawh jaghmel. Ghax jekk allahares qatt nonqsu milli nidhlu mal-erbgha, dan ikun ifisser ristrutturar bil-ferm ikbar minn dak li rajna f’dawn is-sentejn!
Il-gowl ta’ Juan Cuadrado minn free-kick fil-partita kontra Sampdoria hu l-ewwel gowl minn free-kick li l-Bianconeri skurjaw f’sena u nofs. L-aħħar darba li plejer Juventin sab ix-xibka minn free-kick kien fl-4 ta’ Lulju 2020 meta Ronaldo kien skurja gowl rarissimu minn free-kick. Minn dakinhar ‘l hawn Juventus kellhom nuqqas assolut ta’ gowls minn free-kicks. Nafu li qabel bdiet l-era Ronaldo, Juventus kienu jiskurjaw ħafna minn free-kicks b’Pjanic u Dybala spiss jitfgħu l-ballun fix-xibka bl-istess faċilità li wieħed jagħti penalty. Nafu wkoll li Ronaldo kellu l-ossessjoni ta’ jagħti hu l-free-kicks kollha u rarissimu kien jirnexxilu jiskurja. Kull supporter kien qed jaħseb li wara li telaq Ronaldo, Juventus kien se jibdew jiskurjaw iktar free-kicks. Fl-ewwel parti tal-istaġun, però, il-gowls minn free-kick ma waslux. Issa Cuadrado rnexxilu sa fl-aħħar jiskurja minn free-kick u nawguraw li Juventus jibdew jiskurjaw iktar gowls ta’ dat-tip fil-kumplament tas-sena peress li hi arma li jaf issolvi partiti kontra timijiet li jingħalqu wara u ma jħallukx toħloq wisq azzjonijiet.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ Jannar 2022.
Fis-sena 2004, proprju bħal-lum it-18 ta’ Jannar, fl-Istadio Delle Alpi Juventus kienu laqgħu lil Siena. Il-grawnd kien miksi bis-silġ, biss dan ma waqqafx lit-tim formidabbli ta’ Juventus milli jikseb rebħa kbira. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-2, b’hattrick ta’ Del Piero u gowl ieħor ta’ Trezeguet.
Il-partiti tal-futbol huma l-ħin kollu rrekordjati mhux biss permezz ta’ filmati imma anki b’ritratti miġbuda minn għexieren ta’ professjonisti. Uħud mir-ritratti jibqgħu fil-memorja iktar fit-tul u jsiru ikoniċi. Wieħed minn dawn ir-ritratti hu dak li qed nippubblikaw ma’ dan l-artiklu. Kien miġbud fil-15 ta’ Jannar 1950. Dakinhar Juventus kienu qed jilagħbu barra minn darhom kontra Fiorentina. L-iskor baqa’ mwaħħal fuq 0-0 sa tmiem il-partita. Ħin minnhom id-difensur ta’ Fiorentina, Maglia ta ballun fit-tul lejn l-istilla Egisto Pandolfini. Il-ballun però ma wasalx għand Pandolfini minħabba li Carlo Parola intervjena b’rovesciata u tajru ‘l bogħod. Dik ir-rovesciata saret famuża anki grazzi għall-fotografu Corrado Bianchi li ġibed ir-ritratt. Il-fotografu qabad l-eleganza u l-klassi kollha ta’ dak il-ġest ta’ Parola. Snin wara Giuseppe Panini ħallas għad-dritt li juża dak ir-ritratt biex joħloq fuqu l-logo tal-albums tal-istickers Panini. Kulmin xi darba għaqqad l-album ‘Calciatori’ żgur li ra miljun darba r-rovesciata ta’ Parola. U hekk permezz ta’ ritratt ir-rovesciata ta’ Parola saret leġġenda!
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ Jannar 2022.