Website Rinnovata
Illum xtaqt flok bhas soltu niddiskutu dak li jkun ghaddej dwar it-team u r-rendiment tieghu, xtaqt naqsam maghkom il-hsibijiet tieghi dwar il-club taghna u l-hidma tal-kumitat prezenti flimkien mal-President tal-club Joe Fenech.
Nahseb kif hafna minnkom rajtu il-web site tal-club giet totalment mibdula u rinnovata b’dehera totalment gdida bi kwalita aqwa biex ahna l-membri nkunu nistaw inzommu ruhna aggornati mhux biss x’inhu ghaddej mil-qrib rigward il-pjaneta Juve gewwa turin, izda nzommu ruhna aggornati b’dak li jkun ghaddej fil-club bhal attivitajiet; ghalkemm bhalissa xi ftit ristretti, izda wisq aktar nkunu nafu il-hidma tal-membri tal-kumitat li flimkien mal-President ma’ waqfux jahdmu u jahsbu ghal quddiem biex dan il-club ikompli jissahhah u jibqa attiv biex kull membru jgawdi minnu. Hu grazzi ghal din il-hidma li l-club baqa sod u b’sahhtu minkejja zmien difficli ghal kulhadd.
Xhieda ta’ dan huwa wkoll dan ir-rinnovament totali tal-website taghna. Xhieda li l-President u shabu ma’ jistriehu qatt fuq dak li hu tajjeb izda dejjem jaraw li navvanzaw f’kollox specjalment fid-dinja ta’ llum mimlijja teknologija biex permess ta’ hekk kull membru jintlahaq u jinzamm infurmat b’kollox dwar il-club u t-team ta’ Juventus, ghaliex mhux kulhadd jista jattendi l-club ta’ spiss bhal ma’ hafna jaghmlu.
Il-President u l-kumitat huma xhieda li fil-hajja ma’ tridx tikkuntenta ruhek b’li tkun ghamilt biss izda trid dejjem ittejjeb u tkabbar u tissoda l-motivazjoni ta’ kulhadd biex dejjem tkun l-aqwa u l-ahjar. Ghalhekk hafna kummenti ta’ din il-gimgha dejquni meta rajt kummenti u iva ma’ umiljawniex, konna nofs team ,u bosta skuzi ohra. Le ahna l-Juventus u ahna Juventini l-mentalita taghna trid tkun dejjem rebbieha anka fi zmien iebes, ghalhekk nerga nghidilkom il-club taghna baqa b’sahhtu u ahna l-membri dejjem sibnih hemm biex nintaqaw u niehdu gost insegwu l-benjamini taghna ghax hemm nies fi tmexxija b’mentalita li dejjem trid ittejjeb u tkun l-aqwa u minn ta’ quddiem. Ghalhekk bqajna sodi u l-aqwa ghax min imexxi qatt ma’ qal u iva tajjeb qeghdin, bizzejjed hekk u ma’ ghandniex ghalfejn nikrejaw aktar. Le anzi dejjem sahhah u dejjem zamm il-membru mohhu mistrieh li ghandu club fost l-aqwa fl-Ewropa!
Ghal darbohra grazzi President u lill-kumitat kollu ta’ din il-website meraviljuza.
Forza Juve dejjem.
Hemm bżonn nixtru jekk irridu nsalvaw l-istaġun
Hemm bżonn nixtru għax inkella mhux se nilħqu l-miri għal dan l-istaġun. Naħseb li din hi l-opinjoni tal-maġġor parti tal-Juventini. Ninsabu f’nofs sena u dak li rajna s’issa ftit li xejn jista’ jagħmilna kuntenti. It-tim wera li mhuwiex kompetittiv biżżejjed kif ħafna minna bassarna fis-sajf. It-tim hu mibni ħażin u f’diversi okkażjonijiet wera fraġilità tattika, teknika u mentali. F’dan l-istadju r-raba’ post jidher li hu l-uniku objettiv reali għat-tim ta’ Allegri għax, ngħiduha kif inhi, fl-Ewropa hemm timijiet tant qawwija li hu kważi impossibbli li nimmaġinaw li Juventus jistgħu qatt ikollhom iċ-ċans li jirbħu l-kompetizzjoni dis-sena. Ir-raba’ post fl-Italja, li jfisser li anki s-sena d-dieħla Juventus jilagħbu fiċ-Champions League, fl-istadju attwali jidher li se jkun diffiċli ferm li jintlaħaq mit-tm ta’ Allegri. Inter, Milan, Napoli u Atalanta wrew fil-grawnd li qegħdin ħafna aħjar minn Juventus. Allegri issa tilef lil Chiesa għall-kumplament tal-istaġun. Ramsey hu fuori rosa. Alegri għandu plejers li ilhom jiddeludu (Rabiot, Arthur, Kulusevski, Kean u bella kumpanija). In-nofs il-grawnd Juventin għadu fjakk immens. L-attakk hu sterili wisq. Jekk mhux se jaslu tnejn-tliet plejers ġodda, nemmen li anki r-raba’ post mhux se jkun possibbli li jintlaħaq minn Juventus. Nifhem li s-sitwazzjoni finanzjarja hi li hi. Nifhem li f’Jannar ma tantx jiċċaqilqu plejers ta’ kalibru. Nifhem dan kollu imma hemm bżonn li ssir xi ħaġa. Diriġenti ta’ stoffa jafu jilħqu ftehim għal plejers b’self bl-obbligu li jixtraw fis-sajf jew iktar ‘il quddiem. Nistgħu nippruvaw niksbu plejers bi tpartit ma’ xi wħud minn tagħna, anki jekk nibqgħu nħallsulhom parti mis-salarju tagħhom kif sar fil-passat. Ma rridux naraw kbir. Ismijiet kbar mhux ġejjin f’Jannar. Però plejers inqas ikkwotati huma possibbli. Ngħiduha kif inhi: bħalissa iktar minn stilel assoluti għandna bżonn attakkant li kapaċi jiskorja bla tlaqlieq. Għandna bżonn midfielder ta’ saħħa. Aktar minn stilel bħalissa hemm bżonn nies li jafu jaqdu lit-tim u li jilagħbu b’qalbhom dejjem (mhux meta jkollhom aptit biss!). Plejers low cost ta’ dat-tip issib kien tfittex. Mhix ħaġa impossibbli!
Matthew Scerri
Emozzjoni kbira!
Nistqarr magħkom li ninsab tassew emozzjonat issa li l-website l-ġdida tal-Club marret online u tista’ tibda titgawda mis-supporters Juventini Maltini u Għawdxin. Għaddew tlettax-il sena u nofs minn dak il-15 ta’ Ġunju 2008 meta għall-ewwel darba bdejna mwasslu mill-website l-aħbarijiet dwar it-tim Juventin u informazzjoni oħra li tikkonċerna lill-Club tagħna. Konna l-ewwel website ta’ dat-tip f’pajjiżna u tul dawn it-tlettax-il sena u nofs qatt ma nqasna milli nwasslulkom aħbarijiet. Inħossni kburi li llum żdiedu l-websites ta’ dat-tip jew il-gruppi ta’ aħbarijiet fuq FB għax ifisser li dak li bdejna aħna kien tassew importanti u welled ħafna websites oħra/gruppi fuq FB ta’ kwalità.
Illum inħares lura u qisu lbieraħ meta bdejna din l-avventura. Nemmen li f’dawn it-tlettax-il sena u nofs il-website tagħna kienet kruċjali biex inżammu ħajjin ir-rabtiet ta’ ħbiberija li ilhom jgħaqqduna sa mill-1975 meta twaqqaf il-Club tagħna. Inħossni onorat li kelli x-xorti nkun parti minn din l-istorja, kemm tal-Club kif ukoll tal-website. Inħossni grat immens li kelli l-opportunità naqdi lill-Club permezz tal-kitba tiegħi fil-website. Inħossni kburi li dak li ħloqna tlettax-il sena u nofs ilu mhux biss għadu ħaj imma llum laħaq livelli li onestament lanqas biss konna nimmaġinawhom fl-2008. Kburi li dil-website għandha mhux biss passat rikk, imma anki preżent qawwi u ġejjieni mill-isbaħ.
Prosit minn qalbi lil dawk kollha li kienu involuti fil-ħolqien tal-verżjoni l-ġdida tal-website, b’dehra moderna u ferm attraenti. Nawgura l-ħidma t-tajba lil dawk kollha li se jkunu qed jagħtu sehemhom fil-kitba ta’ artikli. Jalla t-tim tagħna li jaħdem fuq dil-website jkompli jikber ħalli mhux biss naraw lill-website tmur ‘il quddiem, imma anki nagħtu vetrina lit-talent lokali.
Fl-aħħar u mhux l-inqas grazzi kbira lilkom il-qarrejja li dejjem segwejtuna bi ħġarkom. L-artikli kollha li ktibna ma kienu jiswew xejn li kienu intom ma qrajtuhomx u ma segwejtuniex b’tant passjoni. Kien hemm snin li fihom dil-website kienet taqbeż il-miljun pageview fis-sena! Spiss niltaqa’ ma’ xi wħud minnkom il-qarrejja u l-mod kif tkellmuni juri biċ-ċar kemm hi għal qalbkom dil-website. Ibqgħu segwuna u saħħulna l-enerġija biex il-website tal-Club tagħna tibqa’ taqdi l-funzjoni tagħha bl-aħjar mod possibbli.
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Jannar)
Il-filmat mill-passat li qed inwasslulkom illum hu tassew qadim. Se niħdukom lura għas-sena 1951 meta Juventus kienu għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 1-5 f’partita tal-kampjonat. Għal Juventus kienu sabu x-xibka Boniperti (3), Praest u Hansen.
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (14 ta’ Jannar 2022)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ Jannar 2022
Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Jannar)
Filmat mill-passat li joħodna lura għad-9 ta’ Jannar 1949. Dakinhar Juventus kienu impenjati f’darhom kontra Lazio u kisbu rebħa bl-iskor ta’ 4-1.
https://www.youtube.com/watch?time_continue=1&v=Zj2c-QCsZqQ
Bħal-lum fil-passat (2 ta’ Jannar)
Nhar it-2 ta’ Jannar 1955 Juventus laqgħu fl-Istadio Comunale lil Milan fl-ewwel partita għal dik is-sena. Milan kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-4, bir-Rossoneri jiftħu l-iskor sa mill-ewwel minuta tal-partita.
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (31 ta’ Diċembru 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-31 ta’ Diċembru 2021.


