Ramsey misluf lil Glasgow Rangers
Aaron Ramsey ingħaqad b’self ma’ Glasgow Rangers sa tmiem l-istaġun. Hu ngħata merħba kbira mis-supporters il-ġodda tiegħu. Hemm rapporti li Glasgow Rangers għandhom id-dritt li jixtruh għal kollox fis-sajf għas-somma ta’ 5.5 miljun Ewro. Dad-dritt, però, mhuwiex imsemmi fl-istqarrija maħruġa minn Juventus.
Matthew Scerri
Alex Sandro pożittiv għall-Covid-19
Alex Sandro ttestja pożittiv għall-Covid-19 u beda l-kwarantina tiegħu. Hu bħalissa jinsab impenjat mat-tim nazzjonali Brażiljan. S’issa mhuwiex magħruf jekk huwiex se jkun qed jivvjaġġa lejn Turin b’titjira speċjali sabiex ikompli l-kwarantina tiegħu f’Turin.
Matthew Scerri
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (1 ta’ Frar 2022)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-1 ta’ Frar 2022.



Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Frar)
Il-partita li qed inwasslulkom illum hi Fiorentina-Juventus tal-1981, partita deċiża minn gowl ta’ Tardelli.
Magħrufa d-dettalji tat-trasferimenti ta’ Kulusevski u Bentancur ma’ Tottenham
Tħabbru uffiċjalment id-dettalji tat-trasferimenti ta’ Kulusevski u Bentancur ma’ Tottenham. Juventus silfu lil Kulusevski lil Tottenham għal perjodu ta’ sena u nofs, liema self se jkun imħallas 10 miljuni. Tottenham għandhom id-dritt li jixtruh għal kollox fl-2023 għal 35 miljun Ewro. Id-dritt isir obbligu jekk Tottenham jilħqu ċerta miri sportivi fl-istaġun 2022/23.
It-trasferiment ta’ Bentancur ma’ Tottenham hu wieħed definittiv. Huma se jħallsu 19-il miljun Ewro għalih, flimkien ma’ 6 miljuni oħra f’bonuses.
Matthew Scerri
Uffiċjali t-trasferiment ta’ Zakaria ma’ Juventus
Juventus ħabbru li ffirmaw lil Denis Zakaria mingħand Borussia M. Il-Bianconeri ħallsu 4.5 miljun Ewro għalih, flimkien ma’ somma oħra ta’ 4.1 miljun Ewro f’solidarity payments u ħlas ieħor dovut. Zakaria firma kuntratt ma’ Juventus sal-2026.
Matthew Scerri
Ftehim bejn Juventus u Glasgow Rangers għal Ramsey
Hemm rapport li Glasgow Rangers għandhom ftehim ma’ Juventus għas-self ta’ sitt xhur ta’ Aaron Ramsey. Juventus qablu li jħallsulu parti mill-parti. Issa jmiss li Ramsey innifsu jiffirma l-kuntratt. S’issa għad m’hemmx indikazzjoni jekk Ramsey huwiex se jaċċetta l-offerta ta’ Glasgow Rangers. Li nafu s’issa hu li Ramsey irrifjuta l-offerti li waslulu fil-ġimgħat li għaddew. Hemm xnigħat, madankollu, li Ramsey diġà sellem lil sħabu ta’ Juventus fil-jiem li għaddew u dan, jekk ikkonfermat, hu sinjal li hu finalment se jkun qed jitlaq lill-Bianconeri.
Matthew Scerri










