Locatelli. Intlaħaq ftehim bejn Juventus u Sassuolo

Qed ikun irrapurtat li Sassuolo aċċettaw l-offerta ta’ Juventus għal Locatelli. Il-plejer se jkun misluf għal sentejn lil Juventus, bilgBianconeri mbagħad ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox. Il-valur kumplessi se jkun ta’ 35 miljun flimkien ma’ bonuses. X’aktarx għada stess Locatelli se jkun Turin għat-testijiet mediċi.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Awwissu 2021.

Riflessjonijiet wara Juventus vs Atalanta

Nibda billi nitkellem fuq il-fatt li tifraħ tara partitarji jassistu għal loghba ġo stadium.  Kienet wisq ta’ dwejjaq tara logħba minghajr partitarji jaraw logħba futbol.  Mela dak diġa’ fattur verament posittiv fil-partita ta’ ħbiberija tal-bieraħ.  Ngħaddu ftit għall-aspett tekniku u tal-iskwadra in ġenerali.  Ħadt gost ħafna nara it-trio Ronaldo-Chiesa-Dybala jikkombina b’mod effettiv fl-ewwel goal.  Ma nistgħux ma nitkellmux ukoll dwar il-goal minn xutt stupend ta’ Federico Bernardeschi.  Wieħed jawgura sinċerament li hu l-bidu ġdid ta’ player li jidher ċar li għadda minn perjodu kemmxejn diffiċli.  Ħadt gost ħafna għal Bernardeschi li dejjem wera qalb u għandu karattru li jidher sabiħ u disponibbli.  Jekk nassistu verament għal stagun entużjażmanti tal-player ben venga li jiġi – jibbenifika hu personali u nibbenifikaw aħna wkoll bħala partitarji Juventini.  It-tielet goal tagħna fejn Kulusevski seta’ anke kellu l-option li jiffinaliżża l-azzjoni hu pprefera jqassmu u sewwa għamel lil Morata għax ħaseb li seta’ jiffinaliżża aħjar.  Kollha affarijet li jsaħħu l-ispirtu ta’ skwadra.

Ngħaddu ghall-aspett ta’ suq tal-players li forsi qed tqajjem ftit preokkupazzjoni fost il-partitarji Juventini.  Dwar l-istorja ta’ Locatelli kulħadd jaf bħalissa li spiċċat ftit ta’ sitwazzjoni mwaħħla kemm minħabba l-istat prekarju finanzjarju tal-klabb li biex iżomm il-plejers qed ikollu jgħodd kull sold li għandu biex jirnexxielu jżomm il-plejers kruċjali tal-iskwadra.  Ġest żgur apprezzat mid-diriġenza fuq hekk.  Wieħed jawgura pero’ li minkejja dawn il-problemi li jakkwistaw plejer b’mod aġevoli – nagħtu iktar fiduċja lil plejers promettenti tal-iskwadra speċjalment dawk emerġenti bħal Ranocchia u Fagioli li qed juru li jistgħu jpattu għan-nuqqas li isehh l-akkwist probabilment mitluf ta’ Locatelli.

Insellmilkom

Massimo Grioli

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Atalanta

https://www.youtube.com/watch?v=QO3jJ3svyjY

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (14 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ Awwissu 2021.

Juventus-Locatelli. Forsi resqin lejn ftehim

Juventus u Sassuolo għadhom ma jistgħux jsibu ftehim bejniethom dwar it-trasferiment ta’ Manuel Locatelli. Ninsabu ġimgħa ‘l bogħod mill-bidu tal-kampjonat u s’issa Allegri għad m’għandu l-ebda plejer ġdid f’nofs il-grawnd. Nafu li Juventus huma mftehma ma’ Locatelli imma Sassuolo għadhom jaraw kbir u qed ikomplu jitolbu ħafna iktar minn dak li qed joffru Juventus. Il-Bianconeri qed joffru madwar 35 miljun Ewro filwaqt li Sassuolo baqgħu jinsistu li jridu 45 miljun, ċifra li tidher irrealistika immens fiż-żminijiet li ninsabu fihom. Issa l-gazzetti tal-lum qed jirrapurtaw li Sassuolo lesti jaċċettaw l-offerta ta’ 35 miljun, biss issa jonqos li jkunu maqbula d-dettalji tal-ftehim: kemm se jkun imħallas is-self u jekk hux se jkun hemm l-obbligu għal Juventus li jixtruh għal kollox.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Awwissu 2021.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (10 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-10 ta’ Awwissu 2021.