Ronaldo jsellem lis-supporters Bianconeri
Dan li ġej hu l-messaġġ li permezz tiegħu Ronaldo sellem lis-supporters Bianconeri fi tmiem l-avventura tiegħu ma’ Juventus:
Today I depart from an amazing club, the biggest in Italy and surely one of the biggest in all of Europe. I gave my heart and soul for Juventus and I’ll always love the city of Turin until my final days. The “tifosi bianconeri” always respected me and I tried to thank that respect by fighting for them in every game, every season, every competition. In the end, we can all look back and realize that we achieved great things, not all that we wanted, but still, we wrote a pretty beautiful story together.
“Juve, storia di un grande amore
Bianco che abbraccia il nero
Coro che si alza davvero
Juve per sempre sara…”
I will always be one of you. You are now part of my history, as I feel that I’m part of yours. Italy, Juve, Turin, tifosi bianconeri, you’ll always be in my heart.
Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Empoli
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Chiellini, Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, Locatelli, Bernardeschi; Dybala, Morata.
Empoli (4-3-1-2): Vicario; Stojanovic, Ismajli, Romagnoli, Marchizza; Haas, Ricci, Bandinelli; Bajrami; Mancuso, Cutrone.
Sors: Sky
Uffiċjali: Manchester United xtraw lil Ronaldo
Manchester United ħarġu stqarrija li permezz tagħha kkonfermaw li laħqu ftehim ma’ Juventus biex jixtru lil Cristiano Ronaldo. Fl-istqarrija m’hemm l-ebda indikazzjoni dwar il-prezz biss qed tissemma s-somma ta’ 28 miljun Ewro.
Matthew Scerri
Ma jiqfux is-sorpriżi: Ronaldo lura ma’ Manchester United?
Nibdew bl-affarijiet ċerti. Dalgħodu Ronaldo mar il-Continassa jsellem lil sħabu ta’ Juventus għall-aħħar darba. Waranofsinhar, imbagħad, qabad titjira privata lejn Lisbona. Kollox kien qed jindika li hu ċert it-trasferiment ta’ Ronaldo ma’ Manchester City. Biss il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Guardiola u Solskjaer bidlet radikalment ix-xenarju. Guardiola kien prudenti ferm u ta x’wieħed jifhem li m’hemmx ċertezza assoluta li Ronaldo se jilgħab għal Manchester City. Fl-istess ħin Solskjaer wera li Manchester United lesti jilqgħuh b’idejhom miftuħin u Bruno Fernandez diġa’ kellem lil Ronaldo nnifsu dwar dan. Xi gazzetti Ingliżi bdew minnufih jirriapurtaw li Manchester City ma kinux konvinti mill-akkwist ta’ Ronaldo u f’daqqa waħda beda jissemma li l-Portugiż se jirritorna ma’ Manchester United fi ftehim li jista’ jwassal biex Pogba jirritorna ma’ Juventus (ovvjament bil-Bianconeri joħorġu somma flus). Fadal erbat ijiem għat-tmiem tas-suq tat-trasferimenti. L-impressjoni hi li daqt ikunu nafu fejn se jilgħab Ronaldo.
Matthew Scerri
Allegri jrid iżomm lil McKennie
Fl-aħħar jiem smajna ħafna li McKennie jista’ jitlaq lil Juventus. Illum waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Allegri sostna li hu jemmen li McKennie għandu jibqa’ ma’ Juventus, isir dixxiplinat u juża t-talent tiegħu ta’ midfielder offensiv.
Matthew Scerri
Allegri jgħid tiegħu dwar it-tluq ta’ Ronaldo
“Ilbieraħ tkellimt ma’ Cristiano u għarrafni li mhuwiex intenzjonat jibqa’ ma’ Juventus. Minħabba f’hekk mhux se jkun mgħajjat għall-partita kontra Empoli u dalgħodu ma ttrenjax mat-tim”. Hekk tkellem Allegri fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Juventus-Empoli. Hu sostna li dawn huma affarijiet li jistgħu jiġru sakemm is-suq tat-trasferiment ikun għadu miftuħ. Fi kliemu Juventus fil-passat tilfu nies bħal Sivori, Platini, Zidane, Del Piero u Buffon, u li issa jridu jgħaddu mingħajr Ronaldo. Skontu Juventus għandhom diversi plejers li kapaċi jiskurjaw u li f’dan l-istadju qed jaħdem iktar biex it-tim jaqla’ inqas gowls.
Matthew Scerri
Ronaldo pass ‘il bogħod milli jsir plejer ta’ Manchester City
Dal-lejl Jorge Mendes kompla jaħdem sabiex Ronaldo jkun jista’ jingħaqad ma’ Manchester City. Minn Porto, fejn Mendes wasal tard ilbieraħ filgħaxija, l-aġent kellu videocall ma’ uffiċċjali ta’ Manchester City. L-Ingliżi lesti joffru 25 miljun Ewro lil Juventus għalih. Il-Bianconeri għamluha ċara ma’ Mendes li mhumiex se jagħmlu minusvalenze fuq il-bejgħ ta’ Ronaldo u allura jridu 29 miljun. Id-differenza ta’ 4 miljuni x’aktarx se joħroġha Ronaldo stess li lest jirrinunzja għal parti mill-paga dovuta lilu. F’dan l-istadju kollox jindika li Ronaldo se jkun qed jitlaq lil Juventus fis-sigħat li ġejjin.
Matthew Scerri