Juventus xtraw lil Gatti
Juventus xtraw lil Federico Gatti mingħand Frosinone għal 8 miljun Ewro, flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses. Id-difensur Taljan se jibqa’ b’self ma’ Frosinone sa tmiem l-istaġun.
Matthew Scerri
Juventus xtraw lil Federico Gatti mingħand Frosinone għal 8 miljun Ewro, flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses. Id-difensur Taljan se jibqa’ b’self ma’ Frosinone sa tmiem l-istaġun.
Matthew Scerri
Radu Dragusin se jkun qed jingħaqad ma’ Salernitana sa tmiem l-istaġun. Juventus taw il-kunsens tagħhom sabiex Dragusin jitlaq lil Sampdoria u jkompli s-sena ma’ Salernitana. Għada se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi magħhom.
Plejer ieħor li Juventus kellhom misluf lil Sampdoria hu Mohammed Ihattaren. Anki hu telaq lil Sampdoria u uffiċjalment ġie misluf lil Ajax sa tmiem l-2022. B’hekk waslet fi tmiemha s-saga ta’ Ihattaren li kien qabad u telaq mill-Italja b’ħafna skużi għax ma riedx jibqa’ ma’ Sampdoria. Ajax għandhom id-dritt li jixtruh għal kollox f’Jannar tal-2023.
Matthew Scerri
Tottenham laħqu ftehim ma’ Juventus biex jiksbu lil Dejan Kulusevski u lil Rodrigo Bentancur. L-iŻvediż se jkun qed jingħaqad b’self ma’ Tottenham għal sena u nofs (skont xi rapporti), liema self se jkun qed jitħallas 5 miljuni. Wara Tottenham se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 55 miljun Ewro. Id-dritt isir obbligu jekk Tottenham jikkwalifikaw għaċ-Champions League u Kulusevski jilgħab minn tal-inqas 50% tal-partiti. Maċ-ċifri li semmejna rridu nżidu 5 miljuni oħra f’bonuses.
Bentancur, mill-banda l-oħra, ġie akkwistat għal kollox mingħand Tottenham għal 19-il miljun Ewro, flimkien ma’ 6 miljuni oħra f’bonuses. 35% tas-somma li Juventus se jdaħħlu minn fuq Bentancur se tmur għand Boca Juniors skont ma jistipula l-ftehim ta’ meta Juventus xtrawh mingħandhom.
Id-dettalji preċiżi tal-ftehim se jitħabbru għada meta l-aħbar tingħata b’mod uffiċjali mill-klabbs wara li jsiru t-testijiet mediċi.
Matthew Scerri
Ladarba Juventus bigħu lil Rodrigo Bentancur lil Tottenham, il-Bianconeri se jkunu jistgħu jiffirmaw lil Denis Zakaria. Il-ftehim ma’ Borussia M. hu fuq il-bażi ta’ 3.5 miljun Ewro, flimkien ma’ 3.5 miljun Ewro oħra f’bonuses. Għada Zakaria se jkun Turin għat-testijiet mediċi u biex jiffirma l-kuntratt. Il-midfielder se jkun qed jaqla’ 3 miljuni paga fis-sena.
Matthew Scerri
Matul il-ġurnata tal-lum Juventus kellhom kuntatti ma’ Cagliari għal Nahitan Nandez. Juventus iriduh b’self bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox fis-sajf. Cagliari, min-naħa tagħhom, iridu li Juventus ikollhom l-obbligu u mhux id-dritt li jixtruh għal kollox. In-negozjati mistennija jkomplu għaddejjin matul il-lejl. Cagliari qed jitkellmu ma’ Juventus dwar il-possibbiltà li jiksbu b’self lil Kaio Jorge.
Matthew Scerri
Fadal 24 siegħa għall-għeluq tas-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti u s’issa Ramsey għadu ma telaqx. Nafu li fil-jiem li għaddew Ramsey irrifjuta trasferiment ma’ Burnley u Crystal Palace. Issa jirriżulta li Wolverhampton għamlu kuntatt ma’ Ramsey u hemm għidut li Ramsey hu interessat f’din l-offerta peress li Wolves għandhom tim kompetittiv u għandhom saħħa finanzjarja li tista’ tiggarantilu li jkompli jaqla’ l-paga li għandu ma’ Juventus bħalissa.
Matthew Scerri
Tottenham laħqu ftehim ma’ Juventus biex jiksbu b’self lil Dejan Kulusevski. Is-self se jkun imħalals 5 miljun Ewro. Tottenham għandhom id-dritt li jixtruh għal kollox fis-sajf, liema dritt isir obbligu jekk jikkwalifikaw għaċ-Champions League u Kulusevski jilgħab minn tal-inqas nofs il-partiti magħhom. Il-prezz maqbul hu ta’ 35 miljun Ewro għax-xiri definittiv tiegħu. Ma’ dis-somma jridu jiżdiedu anki xi bonuses. Is-somma Tottenham laħqu ftehim ma’ Juventus biex jiksbu b’self lil Dejan Kulusevski. Is-self se jkun imħalals 5 miljun Ewro.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-30 ta’ Jannar 2022.



Fit-30 ta’ Jannar 1994 Juventus lagħbu kontra Foggia fil-kampjonat u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Baggio u Ravanelli. Il-video t’hawn taħt jurina l-aqwa siltiet tal-partita. Interessanti li dakinhar, qabel il-partita, kien hemm dimostrazzjoni min-naħa tal-ħaddiema tal-FIAT. Barra minn hekk dakinhar Baggio wera l-Ballun tad-Deheb lis-supporters fil-grawnd.