Kaio Jorge lejn self ma’ tim tas-Serie A

Hu probabbli ferm li Kaio Jorge jħalli lil Juventus fis-sigħat li ġejjin. Diversi klabbs tas-Serie A kkuntattjaw lil Juventus u talbuhom b’self lill-attakkant Brażiljan. F’dan l-istadju t-tim li qed ikun indikat bħala l-favorit li jikseb is-servizzi ta’ Kaio Jorge huma Salernitana. Juventus lesti jisilfuh lil tim fejn Kaio Jorge jkun jista’ jilgħab b’mod regolari u jekk jikseb l-esperjenza meħtieġa qabel jirritorna Turin.

Matthew Scerri

Illum mistennija jsiru t-testijiet mediċi ta’ Vlahovic

Tard ilbieraħ Juventus iffinalizzaw il-ftehim ma’ Dusan Vlahovic biex b’hekk nistgħu ngħidu li sar plejer ta’ Juventus. Jonqos biss l-aħħar formalità qabel ikun jista’ jiffirma l-kuntratt, jiġifieri jrid jagħmel it-testijiet mediċi. Dawn huma mistennija li jsiru llum. Skont il-gazzetti t-testijiet se jsiru direttament f’Turin, għalkemm ma neskludux li jistgħu jsiru band’oħra peress li fil-jiem li għaddew kien hemm għidut li l-attakkant Serb kellu l-Covid u s’issa għad ma kellniex konferma li fieq.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (28 ta’ Jannar 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ Jannar 2022.

 

Prima Pagina Tuttosport 28/01/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 28/01/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 28/01/2022

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Jannar)

Fl-1979, proprju fit-28 ta’ Jannar, Juventus lagħbu kontra Lazio f’partita tas-Serie A. Interessanti li dakinhar Juventus rebħu 2-1 u l-gowls tal-Bianconeri waslu minn żewġ awtogowls.

Juventus f’kuntatti ma’ Cagliari għal Nandez

Fl-aħħar jumejn-tlieta d-diriġenza Bianconera kienet attiva ferm f’dak li għandu x’jaqsam mas-suq tat-trasferimenti. Apparti l-akkwist ta’ Vlahovic, kollox jindika li Juventus qed jippruvaw jiksbu b’self lil Nahitan Nandez ta’ Cagliari. Hu mistenni jieħu post wieħed mill-midfielders li se jitilqu lil Juventus: Ramsey, Bentancur u/jew Arthur. Il-kuntatti ma’ Cagliari u l-aġent tal-plejer kienu kontinwi fl-aħħar jumejn. Cagliari qed jitolbu 2 miljuni għas-self ta’ sitt xhur u qed jitolbu li Juventus ikunu obbligati jixtruh għal kollox fis-sajf għal 15-il miljun Ewro dejjem jekk it-tim Juventini jilħaq ċerta miri f’dan l-istaġun. Fil-ftehim jista’ jkun li Cagliari jiksbu b’self lil Ake u lil Kaio Jorge. Għandna nifhmu li Juventus se jieħdu lil Nandez biss jekk jeħilsu minn midfielder li attwalment għandhom fit-tim. Il-kuntatti bejn il-klabbs se jibqgħu għaddejjin. Is-sessjoni tas-suq tat-trasferimenti tax-xitwa tagħlaq nhar it-Tnejn 31 ta’ Jannar. Għaldaqstant Juventus u Cagliari għandhom biżżejjed ħin biex jiffinalizzaw il-ftehim għal Nandez.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (27 ta’ Jannar 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Jannar 2022.

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 27/01/2022

 

Prima Pagina Corriere dello Sport 27/01/2022

Prima Pagina Tuttosport 27/01/2022

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Jannar)

Bħal-lum tnejn u tletin sena Juventus kienu lagħbu kontra Pescara u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 0-2. B’kollaborazzjoni ma’ “Gobbo Maltese” qed inġibulkom hawn taħt il-filmat ta’ dik il-partita.

Mattia Perin pożittiv għall-Covid-19

Mattia Perin ittestja pożittiv għall-Covid-19. L-aħbar ingħatat direttament minn Juventus. Fl-istqarrija naqraw li l-plejer beda l-kwarantina u għaldaqstant jinsab iżolat mill-bqija ta’ sħabu.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Jannar 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Jannar 2022.

 

Prima Pagina Tuttosport 26/01/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 26/01/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 26/01/2022

Imsemmi tibdil fin-nofs il-grawnd ta’ Juventus

F’nofs il-grawnd ta’ Juventus x’aktarx se jkun hemm xi bidliet fil-jiem li ġejjin. Hu fatt magħruf li l-aġent ta’ Arthur ilu miftiehem ma’ Arsenal. Fil-jiem li għaddew kellna l-aħbar li Aston Villa qed juru interess qawwi fl-akkwist ta’ Bentancur. Imbagħad hemm Ramsey li fi kliem Allegri stess se jkun qed jitlaq lil Juventus (anki jekk s’issa l-ftehim bejn il-partijiet biex jiġi tterminat il-kuntratt tal-plejer minn Wales għadu ma nstabx!). Intant fl-aħħar sigħat kellna l-aħbar li Juventus qed jaħdmu biex jiksbu b’self lil Nandez mingħand Cagliari. Fl-istess ħin, kien hemm anki aħbar li l-Bianconeri għamlu kuntatt ma’ Milan għal Kessie li għandu kuntratt li jiskadi f’Ġunju 2022. Kien hemm verità f’dan l-għidut kollu ma nafux. Biss wara dak kolli li nqala’ ma’ Vlahovic, żgur li kollox jista’ jiġri!

Matthew Scerri