Bħal-lum fil-passat (26 ta’ Jannar)
Platini, Serena u Laudrup iffirmaw ir-rebħa ta’ 3-0 fuq Verona li Juventus kisbu bħal-lum fl-1986.
Platini, Serena u Laudrup iffirmaw ir-rebħa ta’ 3-0 fuq Verona li Juventus kisbu bħal-lum fl-1986.
Fil-bidu ta’ Jannar Allegri kien stqarr li Alvaro Morata ġie mgħarraf li se jkollu jibqa’ ma’ Juventus sa tmiem l-istaġun. Nafu li Morata ried imur ma’ Barcellona, biss imbagħad aċċetta li jibqa’ bil-qalb mal-Bianconeri. Issa li Juventus jinsabu tassew qrib li jiffirmaw lil Vlahovic, id-domanda hi: Morata se jibqa’ jew le? L-għidut hu li Barcellona għadhom iriduh u jista’ jkun li Juventus iħalluh jitlaq sabiex jiffrankaw il-paga tiegħu. Anki jekk jibqa’ sa tmiem l-istaġun, f’dan l-istadju hu kważi żgur li fis-sajf Juventus mhux se jixtruh għal kollox u se jibagħtuh lura ma’ Atletico Madrid. F’dax-xenarju kollu, bħas-soltu, ir-rieda tal-plejer se tkun determinanti. Sa fejn nafu aħna Morata hu favur trasferiment ma’ Barcellona u allura mhux ta min jeskludi li l-Ispanjol imur lura f’pajjiżu taħt it-tmexxija ta’ Xavi.
Matthew Scerri
Dusan Vlahovic jista’ ma jkunx l-uniku akkwist ta’ Juventus f’dis-sessjoni ta’ Jannar tas-suq tat-trasferimenti. Fil-fatt qed jissemma b’saħħa ma’ Juventus anki Nahitan Nandez ta’ Cagliari. Il-midfielder Urugwajan x’aktarx se jkun qed jieħu post Arthur jekk Juventus jisilfu jew ibigħu lil Arthur lit-tim ta’ Arsenal. Qed jingħaqad li Nandez jista’ jingħaqad b’self ma’ Juventus bil-Bianconeri jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox fis-sajf. Cagliari min-naħa tagħhom x’aktarx jiksbu lil Kaio Jorge b’self għall-kumplament tal-istaġun.
Matthew Scerri
Kollox jindika li Dusan Vlahovic se jkun qed jingħaqad ma’ Juventus fis-sigħat li ġejjin. L-uffiċċjali ta’ Juventus ilhom f’kuntatti kontinwi ma’ Fiorentina għal dawn l-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa. Fiorentina qed jitolbu 75 miljun Ewro cash, biss il-ftehim li wasal biex jintlaħaq x’aktarx hu ta’ 60 miljun flimkien ma’ 7 miljuni oħra f’bonuses. Intant f’Firenze s-supporters ta’ Fiorentina xebgħu jwaħħlu streamers ta’ tgħajjir fil-konfront ta’ Vlahovic. Il-Questura ta’ Firenze kellha tibgħat pulizija jgħasses ir-residenza privata ta’ Vlahovic minħabba li hemm il-biża’ li s-sitwazzjoni tiddeġenera u xi ħadd jħebb għall-attakkant Serb.
Matthew Scerri
Nhar it-Tnejn 31 ta’ Jannar jagħlaq is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. F’dil-ġimgħa li fadal żgur li se nisimgħu ħafna dwar it-trasferiment possibbli ta’ Vlahovic ma’ Juventus. Li nafu s’issa hu li Fiorentina lesti jbigħuh f’dis-sessjoni tal-mercato. Ix-xnigħat nafu li huma li l-plejer ilu miftiehem ma’ Juventus (kuntratt ta’ 5 snin b’paga ta’ 7 miljuni fis-sena) u se jkun qed jirrifjuta trasferimenti ma’ klabbs oħra. Issa jonqos li jinstab il-ftehim bejn Juventus u Fiorentina. Vlahovic għandu kuntratt li jiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla u Fiorentina huma mwerwra li se jitilfuh b’xejn. Għaldaqstant lesti jitkellmu ma’ Juventus biex isibu ftehim konvenjenti għalihom. Skont Sportitalia dal-lejl il-klabbs bdew ifasslu d-dettalji finali tal-ftehim: 67 miljun Ewro lil Fiorentina għal Vlahovic, ma’ liema somma jridu jiżdiedu l-bonuses. Sportitalia qegħdin saħansitra jsostnu li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa Vlahovic se jkun Turin għat-testijiet mediċi.
Nirrepetu li s’issa dan għadu biss għidut u l-unika ħaġa ċerta s’issa hi li Fiorentina lesti jbigħu lil Vlahovic f’Jannar. Sal-Ħadd Juventus kienu għadhom ma ressqu ebda offerta għal Vlahovic u s’issa m’għandna ebda konferma li l-offerta Juventina verament tressqet.
Tajjeb ngħidu wkoll li hemm ħafna xnigħat li minħabba t-trasferiment ta’ Vlahovic ma’ Juventus, Morata se jkun qed jitħalla jitlaq ma’ Barcellona. F’das-sens hemm anki għidut li l-aġenti tiegħu jinsabu l-Italja. Fiorentina, min-naħa tagħhom, jidhru li qed ifittxu sostitut għal Vlahovic, b’Milic indikat bħala l-favorit li jimla l-vojt li se jħalli l-attakkant Serb.
Matthew Scerri
F’intervista mogħtija lil Sportitalia, id-Direttur tal-Isports ta’ Fiorentina, Daniele Pradè tkellem ċar u tond dwar il-futur ta’ Dusan Vlahovic. Hu tenna mill-ġdid li Fiorentina rċevew diversi offerti tajbin għal Vlahovic biss l-aġenti tal-plejer qatt ma wrew ebda sinjal li jistgħu jilqgħuhom. Żied: “Il-bibien tagħna huma miftuħin. Irridu nkunu nafu xi jrid hu u xi jridu l-aġenti tiegħu. Lesti nitkellmu mill-ġdid dwar it-tiġdid tal-kuntratt tiegħu. Għandna offerti tajbin biex inbigħuh. Qed ngħid dan għax klabb li għandu dħul ta’ 75 miljun Ewro fis-sena u għandu asset li jiswa l-flus, ma jistax jitilfu b’xejn. Il-bibien tagħna huma miftuħin għal kollox.”
Mistoqsi jekk il-bibien humiex miftuħa anki għal Juventus, Pradè wieġeb: “Miftuħin għal kollox. L-aġenti jridu jgħidulna, però, x’inhi r-rieda tagħhom. Il-prezz tiegħu hu ta’ iktar minn 70 miljun, mingħajr bdil ma’ plejers oħra u l-ħlas ma jistax inkun imqassam fuq numru ta’ snin. Dan imponieh il-President. Lesti nbigħuh anki minn issa.”
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-25 ta’ Jannar 2022.



Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tas-Serie A mill-24 sas-26 Ġurnata. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:
24 Ġurnata: Juventus-Verona (Il-Ħadd 6 ta’ Frar 2022, 8.45 p.m.)
25 Ġurnata: Atalanta-Juventus (Il-Ħadd 13 ta’ Frar 2022, 8.45 p.m.)
26 Ġurnata: Juventus-Torino (Il-Ġimgħa 18 ta’ Frar 2022, 8.45 p.m.)
Matthew Scerri
Ħames plejers ta’ Juventus ġew mgħajta minn Roberto Mancini għat-training camp li se jsir bejn is-26 u t-28 ta’ Jannar 2022 bi preparazzjoni għall-play-offs tat-Tazza tad-Dinja. Il-plejers Juventini mgħajta huma: De Sciglio, Chiellini, Pellegrini, Locatelli u Bernardeschi. Ġie mgħajjat għall-ewwel darba anki Nicolò Fagioli, il-plejer ta’ Juventus li attwalment jinsab misluf lil Cremonese.
Il-plejers kollha mgħajta huma:
