L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (22 ta’ Ġunju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-22 ta’ Ġunju 2021.

Filmat: Luis Del Sol

Juventus se jkollhom laqgħa dil-ġimgħa ma’ Sassuolo għall-akkwist ta’ Locatelli

Dil-ġimgħa Cherubini mistenni jiltaqa’ ma’ Carnevali, id-DĠ ta’ Sassuolo. Huma se jitkellmu dwar it-trasferiment ta’ Locatelli ma’ Juventus. Skont Tuttosport Sassuolo rrifjutaw l-offerta mressqa lilhom minn Juventus. L-offerta kienet ta’ 30 miljun Ewro flimkien ma’ Dragusin. Il-partijiet se jkomplu jiddiskutu bejniethom. Juventus iridu jagħlqu malajr kemm jista’ jkun dat-trasferiment peress li l-wirjiet tajba li Locatelli qed ikollu fil-Euro2020 jaf iwassal biex klabbs oħra jitħajru għalih u hekk il-prezz tiegħu jogħla sew.

Matthew Scerri

Ħalliena anki Del Sol

Tħabbret il-mewt ta’ Luis Del Sol fl-età ta’ 86 sena. Del Sol kien l-ewwel Spanjol li qatt lagħab għal Juventus. Hu beda u temm il-karriera ma’ Betis. Fl-1962 hu ffirma għal Juventus wara xi snin jilgħab għal Real Madrid. Fl-1967, imbagħad, Del Sol ingħaqad ma’ Roma f’deal kbira bejn il-klabbs: Del Sol, Vieri u Zigoni ma’ Roma, Capello, Spinosi u Landini ma’ Juventus. Del Sol kellu karriera mill-aqwa anki mat-tim nazzjonali Spanjol u rebaħ il-Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet fl-1964.

Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem!

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (21 ta’ Ġunju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-21 ta’ Ġunju 2021.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (20 ta’ Ġunju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Ġunju 2021.

Kollox wieqaf!

Jekk wieħed jara l-lista tax-xiri uffiċjali tal-klabbs l-aktar importanti tas-Serie A, isib li apparti Milan li ħadu lil Maignan, l-ebda klabb s’issa għadu ma xtara lill-ebda plejer. Kollox jinsab wieqaf minħabba l-kriżi tassew qawwija li laqtet lill-klabbs minħabba l-Covid. L-impressjoni hi li dis-sena l-klabbs se jkunu qed ibigħu aktar milli jixtru biex jeħilsu mill-pagi għoljin ta’ xi plejers u fl-istess ħin inaqqsu l-ispejjeż tagħhom. Il-bejgħ mhux se jkun faċli minħabba li b’mod ġenerali fid-dinja kollha kulħadd qed ikun prudenti fl-infiq. Jekk nieħdu l-każ ta’ Juventus, żgur li se jkun kważi impossibbli li jeħilsu minn plejers bħal Szczesny, Bernardeschi u Ramsey li għandhom pagi fenomenali. Probabbli l-uniku mod biex dal-plejers jitilqu hu li huma jaċċettaw (ħaġa diffiċilissima imma!) li titnaqqsilhom il-paga ma’ klabb ieħor. Nemmnu li jekk ma jkunx hemm bejgħ ta’ plejers, probabbli mhux se jkun hemm akkwisti ġodda. Fi kliem ieħor irridu x’aktarx nistennew li dis-sena ma tantx ikun hemm ċaqliq ta’ plejers.

Matthew Scerri

Żieda fil-kapital għal valur ta’ bejn 300 u 400 miljun Ewro

Hu dejjem iktar probabbli li Juventus jibdew il-proċeduri f’qasir żmien li jwasslu għal żieda fil-kapital min-naħa tax-share-holders. Il Sole 24 Ore qed ibassar li diż-żieda se tkun ta’ bejn 300 u 400 miljun Ewro, somma li hi meħtieġa sabiex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ dħul fis-sena u nofs tal-Covid. Iż-żieda fil-kapital ilha tissemma fil-gazzetti għalkemm fil-laqgħa tal-Exor ta’ ftit ġimgħat ilu ma ssemma xejn dwarha. Kien hemm l-għidut li l-Familja Agnelli kienet lesta tfittex share-holder li jixtri sa massimu ta’ 20% mix-shares, biss issa kollox jindika li l-klabb se jkun qed imur għaż-żieda fil-kapital.

Matthew Scerri