L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (8 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-8 ta’ Awwissu 2021.

Ottimiżmu dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala

L-aġent Jorge Antun kellu laqgħa ma’ Nedved u Cherubini. Huma tkellmu dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Paulo Dybala. Minn dak li qed ikun irrapurtat, jidher li Juventus tennew lil Antun li huma jridu lil Dybala fil-qalba tal-proġett tagħhom. Dybala wkoll irid jibqa’ ma’ Juventus. Il-ġimgħa d-dieħla l-partijiet se jerġgħu jiltaqgħu biex jiddiskutu iktar fid-dettall il-kuntratt ta’ Dybala. Bħalissa Dybala qed jaqla’ 7.3 miljun Ewro ma’ Juventus. Hemm rapport li l-paga tiegħu se titla’ għal 8 miljuni fis-sena, liema somma tista’ tasal sa massimu ta’ 10 miljuni bil-bonuses.

Matthew Scerri

Tchouameni fil-mira ta’ Juventus

Iż-żmien għaddej u mhux qed ikun hemm aħbarijiet ġodda fin-negozjati biex Juventus jixtru lil Locatelli. Sassuolo għadhom jaraw kbir u Juventus, bix-xieraq, mhumiex għollu l-offerts tagħhom. Qed ikun hemm rapporti li Juventus bdew ifittxu plejers oħra f’każ li ma jirnexxilhomx isibu ftehim ma’ Sassuolo għal Locatelli. L-isem li l-aktar li qed isir hu dak ta’ Tchouameni. Monaco qed jitolbu 15-il milun Ewro għalih, somma li Juventus lesti jħallsu f’sentejn basta tkun tinkludi anki l-bonuses.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (7 ta’ Awwissu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-7 ta’ Awwissu 2021.

Gosens: “Atalanta jafu r-rieda tiegħi”

F’intervista mogħtija lil Sport1, Robin Gosens stqarr dan li ġej: “Naħseb li se nibqa’ ma’ Atalanta dis-sena. Huma jafu x’inhi r-rieda tiegħi. Jekk jiġi għalija xi klabb tal-Bundesliga jew xi klabb ieħor, nixtieq nagħmel esperjenza oħra.”

Matthew Scerri

Messi ma’ PSG. Ronaldo se jibqa’ ma’ Juventus!

Leo Messi laħaq ftehim ma’ PSG biex jilgħab magħhom f’dan l-istaġun. Ħu s-sid ta’ PSG ikkonferma li l-ftehim instab u daqt tingħata l-aħbar uffiċjali. It-trasferiment ta’ Messi ma’ PSG ifisser li l-klabb Pariġin mhux se jkun qed jixtri lil Ronaldo. L-istilla Portugiża se tkompli tilbes il-flokk ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Pjanic lura ma’ Juventus

Kmieni l-ġimgħa d-dieħla hu probabbli li jitħabbar ir-ritorn ta’ Miralem Pjanic ma’ Juventus. Barcellona lesti jisilfuh lil Juventus, li min-naħa tagħhom se jkollhom id-dritt li jixtruj għal kollox fl-istaġun ta’ wara. L-aġent Fali Ramadani qed imexxi n-negozjati, filwaqt li l-klabbs se jitkellmu dal-weekend meta se jkun qed jilagħbu kontra xulxin.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Demiral misluf lil Atalanta

Tħabbar b’mod uffiċjali li Juventus silfu lil Merih Demiral lit-tim ta’ Atalanta. Il-filmat t’hawn taħt hu tislima min-naħa ta’ Juventus lil Demiral.