Dragusin miftiehem ma’ Sassuolo. Locatelli jidher qrib li jingħaqad ma’ Juventus
Jidher li hemm xaqq ta’ tama li t-trasferiment ta’ Locatelli ma’ Juventus verament daqt se jseħħ. Fil-fatt qed ikun irrapurtat li Dragusin sab ftehim ma’ Sassuolo. Hu se jkun qed jingħaqad magħhom bħala parti mill-ftehim bejn Sassuolo u Juventus għal Locatelli. Intant Sassuolo diġà sabu sostitut għal Locatelli: Lovric ta’ Lugano.
Matthew Scerri
Id-dati u l-ħinijiet tal-ewwel żewġ partiti tas-Serie A 2021/22
Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-logħob tal-ewwel żewġt iġranet tas-Serie A 2021/22. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:
L-1 Ġurnata (Il-Ħadd 22 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m.) Udinese-Juventus
It-2 Ġurnata (Is-Sibt 28 ta’ Awwissu 2021, 8.45 p.m.) Juventus-Empoli
Matthew Scerri
Min se ikun l-ewwel akkwist bħala midfielder?
Kif kulħadd jaf u tkellimt anki fl-aħħar artiklu ppubblikat, it-tim tagħna beda t-taħrig bi grupp kemmxejn żgħir ghall-istaġun li jmiss bir-ritorn ta’ Max Allegri fi tmun tal-iskwadra. Il-grupp għadu żgħir ħafna minħabba l-bosta plejers li pparteċipaw f’Ewro 2020. Sirna nafu wkoll bl-operazzjoni ta’ Arthur li se tħallih barra mill-azzjoni ghal perjodu ta’ madwar xahrejn.
Din l-aħbar tal-operazzjoni ta’ Arthur ma tistax ma tqanqalx ħsibijiet fuq is-suq ta’ trasferimenti fejn bħalissa qed tiddomina x-xena n-negozjar għat-trasferiment ta’ Locatelli minn Sassuolo għal ma’ Juventus. Jidher li Juventus offrew somma ta’ €30 miljun b’self fuq żewġ staġuni imma mingħajr obbligu ta’ xiri. Wieħed hawn jistaqsi jekk din hijiex sempliċiment mossa tattika fin-negozjar ma’ Sassuolo jew inkella tqanqal ħsieb jekk id-diriġenza għandiex fiduċja totali fil-kapaċitajiet tal-plejer. Żgur li l-akkwist ta’ Locatelli jista’ jagħti aktar għażliet lil Allegri milli kellna s-sena l-oħra f’nofs il-grawnd imma minn naħa l-oħra nittamaw li t-trattattiva ma ddumx wisq ma tiġi konkluża biex ma toħnoqx il-possibilita’ li jiġu kkunsidrati għażliet oħra jekk jisfratta l-akkwist ta’ Locatelli. Issemma wkoll tpartit Pjanic-Ramsey. Wieħed jaf jaħseb mill-ewwel jekk din tkunx mossa valida minħabba l-eta’ mhux daqshekk żgħira ta’ Pjanic imma mill-banda l-oħra taf tagħti għażla valida lil Allegri li jkollu playmaker fl-assenza ta’ Arthur u nafu wkoll kemm Miralem Pjanic iħobb il-klabb u l-ambjent Juventin. Minn naħa l-oħra wieħed għandu jikkonsidra li minħabba li hemm ħafna mill-grupp ta’ plejers neqsin mill-bidu mit-taħriġ u li hemm Fagioli li diġa beda il-preparazzjoni, taf tkun l-okkażjoni perfetta biex naraw lil Fagioli jiġi kkunsidrat parti mportanti u opzjoni valida anki waqt l-istaġun. Jien minkejja li Pjanic nammirah ħafna f’dan l-istadju nippereferi nesploraw l-abiltajiet ta’ Fagioli. Inthom x’taħsbu?
Insellmilkom
Massimo
Operazzjoni għal Arthur
Arthur se jkun operat biex tissolva darba għal dejjem il-problema li ilha tħabbtu mill-istaġun li għadda u li prattikament ma ħallitux jilgħab is-sena li għaddiet. Hu mistenni jdum madwar xahrejn barra. L-operazzjoni, tajjeb ngħidu, qed issir issa u mhux qabel minħabba li l-problema issa biss ġiet stabilizzata mentri qabel kien hemm riskju għalih.
Matthew Scerri