Operazzjoni għal Arthur

Arthur se jkun operat biex tissolva darba għal dejjem il-problema li ilha tħabbtu mill-istaġun li għadda u li prattikament ma ħallitux jilgħab is-sena li għaddiet. Hu mistenni jdum madwar xahrejn barra. L-operazzjoni, tajjeb ngħidu, qed issir issa u mhux qabel minħabba li l-problema issa biss ġiet stabilizzata mentri qabel kien hemm riskju għalih.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ Lulju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Lulju 2021.

Locatelli-Ronaldo. Nedved mhuwiex inkwetat

Pavel Nedved kien preżenti lbieraħ għaċ-ċerimonja tat-tlugħ tal-poloz tas-Serie A u bħal dejjem tkellem mal-ġurnalisti. Fost id-domandi li saqsewh kien hemm anki dawk marbuta ma’ Locatelli u Ronaldo. Dwar il-midfielder Taljan, Nedved wieġeb li Juventus ħallewh bi kwietu waqt il-Euro2020 u li għad fadal żmien għad-diskussjonijiet bejn il-partijiet. Ronaldo, mill-banda l-oħra, jidher li se jibqa’ peress li ħadd mill-aġent ma ta sinjali lil Juventus li se jkun qed jitlaq. Fi kliem Nedved, fil-25 ta’ Lulju Ronaldo se jkun qed jibda l-preseason ma’ Juventus.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Lulju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Lulju 2021.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Lulju)

Partita oħra ta’ ħbiberija mill-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-2010 Juventus kienu lagħbu kontra Al-Nassr Riyad u rebħu 5-0.

Lejn Staġun ġdid Juventin 2021-22

Illum beda uffiċċjalment is-season il-ġdid taħt it-tmexxija tal-kowc il-ġdid Massimiliano Allegri. Ovvjament Allegri ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni minħabba il-fatt li ġa kien il-kowċ tat-tim preferit tagħna. Fil-5 staġuni preċedenti li kellu ma’ Juventus, Allegri wassalna għar-rebħ ta’ diversi trofej li komplew żiedu ma’ vetrina mimlija tazzi. Ta’ min jirrimarka li l-ewwel u l-uniku kowċ li irnexxilu fl-impriża xejn faċli li nirbħu 4 doubles konsekuttivi u anki konna viċin li nirbħu 2 Tripletti taħt il-gwida pragmatika tiegħu.
Illum, ukoll ittellaw il-poloz ghas-Serie A fejn l-ewwel logħba se toħodna il-Friuli ta’ Udine biex nilgħabu kontra Udinese. Ovvjament fil-gimgħat li gejjin se ikollna l-opportunita’ nitkellmu iktar mill-qrib fuq din il-logħba. Bħalissa, b’ħafna mill-plejers li kienu ovvjament impenjati fl-Euro 2020 mirbuħ b’suċċess min-Nazzjonal Taljana fejn hawn nifirħu b’mod partikulari lil 4 plejers Juventini – Chiellini, Bonucci, Chiesa u Bernardeschi – nistgħu ngħidu li Allegri se ikollu grupp pjuttost zgħir li se jibda it-taħrig għal-istaġun li imiss. Nittamaw ukoll li ikollna xi players ġodda fejn b’mod partikolari qed jissemma Manuel Locatelli u forsi xi plejers oħra li ikunu jistgħu itejbu l-iskwadra b’mod effettiv.
Insomma – nittamaw għal-iktar suċċessi Bianconeri fl-istaġun li imiss.


Insellmilkom,
Massimo Grioli