L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (25 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-25 ta’ Mejju 2021.

Bidliet fl-amministrazzjoni Juventina? Il-Ħamis inkunu nafu!

Nhar il-Ħamis jaf tkun ġurnata deċiżiva għall-futur ta’ Juventus. Fil-fatt l-Exor se tkun qed tifli mill-qrib is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Juventus bil-għan li jinbeda proċess għal żieda fil-kapital fi ħdan it-tim Juventin. Għalkemm l-Exor normalment ma tidħolx fl-amministrazzjoni teknika tal-klabb, jidher li jekk verament se jkun hemm bidliet fil-Presidenza u fid-diriġenza, dawn se jkunu diskussi u approvati waqt l-imsemmija laqgħa. Il-kwistjoni tal-kowċ, mill-banda l-oħra, mhux mistennija tkun fuq l-aġenda peress li l-Exor se tkun qed tiddeċiedi min għandu jmexxi lill-klabb u wara tħalli f’idejn dal-persuni biex jagħżlu l-kowċ u l-plejers għas-sena d-dieħla.

Matthew Scerri

Dybala hu l-Aqwa Plejer ta’ Bologna-Juventus

Paulo Dybala ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Bologna u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 55% tal-voti, segwit minn Rabiot b’15% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Ikompli l-għidut li Pirlo se jitneħħa minn kowċ ta’ Juventus

Issa li spiċċa l-kampjonat, id-domanda fuq fomm kulħadd hi: Pirlo se jibqa’ kowċ ta’ Juventus? S’issa ma nafu xejn preċiż għalkemm l-għidut hu li Pirlo mhux se jkun ikkonfermat. Hemm anki xnigħat, mhux konfermati, li dalgħodu Pirlo ġie mgħarraf bid-deċiżjoni. L-ismijiet ta’ min jista’ jieħu post Pirlo huma magħrufa: Allegri, Zidane u Gattuso. Allegri, fil-verità, jidher qrib ħafna li jingħaqad ma’ Real Madrid minflok Zidane. Nafu li Juventus ilhom snin interessati f’Zidane bħala kowċ, ma nafux imma kemm Zidane lest jidħol għal proġett bħal dak Juventin li mistenni jara taqlib kbir fi ħdan it-tim. Gattuso, bħalissa, jidher li qed jinżel stand-by fl-eventwalità li jfallu n-negozjati ma’ Zidane jew Allegri.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (24 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Mejju 2021.

Bologna-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Bologna-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

Sors: Juventus.com

Ronaldo hu t-topscorer tas-Serie A

Cristiano Ronaldo hu t-topscorer tas-Serie A għall-istaġun 2020/21. Hu skurja 29 gowl f’33 partita. Fit-tieni post insibu lil Lukaku ta’ Inter b’24 gowl, filwaqt li Muriel ta’ Atalanta kien it-tielet l-aqwa skorer tas-Serie A b’22 gowl. Interessanti li Lukaku u Muriel lagħbu 36 partita dis-sena, jiġifieri tlieta iktar minn Ronaldo. L-aħħar plejer Juventin li kien topscorer tas-Serie A kien Alessandro Del Piero fl-2007/08.

Matthew Scerri

Filmat: X’qal Pirlo fi tmiem Bologna-Juventus

https://www.youtube.com/watch?v=KagjiejsfJM

Bologna-Juventus 1-4

L-aħħar partita tas-sena rat wirja tassew kbira minn Juventus. Mil-lat tal-ispettaklu naħseb li kienet l-aqwa wirja f’dan l-istaġun. Nistgħu ngħidu li llum rajna il-logħob li dejjem xtaqna li Juventus jilagħbu sena sħiħa!

Lil hinn mill-wirja u mir-riżultat, dir-rebħa u d-draw ta’ Napoli kontra Verona taw lil Juventus id-dritt li jikkompetu fiċ-Champions League anki s-sena d-dieħla. Sa ftit tal-ġimgħat ilu deher li l-Bianconeri ma kellhomx ċans li jiġu mal-ewwel erbgħa, biss Juventus kienu bravu li ma qatgħux qalbhom u stennew l-iżball ta’ wieħed mill-avversarji. Nittamaw issa li jinbena tim qawwi s-sena d-dieħla, tim bla difetti strutturali u karatterjali li xbajna niktbu dwarhom dis-sena.

BOLOGNA-JUVENTUS 1-4

Skurjaw: Chiesa (J), 2 Morata (J), Rabiot (J), Orsolini (B)

Bologna (4-2-3-1): Skorupski; De Silvestri (Faragò), Medel (Antov), Soumaoro, Tomiyasu; Schouten (Baldursson), Svanberg; Skov Olsen (Orsolini), Vignato (Sansone), Barrow; Palacio.  Kowċ: Mihajlovic.

Juventus (4-4-2): Szczesny (Pinsoglio); Cuadrado, De Ligt (Bonucci) Chiellini (Arthur), Alex Sandro; Kulusevski, Danilo (Bernardeschi), Rabiot, Chiesa (McKennie); Dybala, Morata. Kowċ: Pirlo.

Referee: Valeri.

Karti sofor: Medel (B), Morata (J), McKennie (J).

Matthew Scerri