Ronaldo pass ‘il bogħod milli jsir plejer ta’ Manchester City
Dal-lejl Jorge Mendes kompla jaħdem sabiex Ronaldo jkun jista’ jingħaqad ma’ Manchester City. Minn Porto, fejn Mendes wasal tard ilbieraħ filgħaxija, l-aġent kellu videocall ma’ uffiċċjali ta’ Manchester City. L-Ingliżi lesti joffru 25 miljun Ewro lil Juventus għalih. Il-Bianconeri għamluha ċara ma’ Mendes li mhumiex se jagħmlu minusvalenze fuq il-bejgħ ta’ Ronaldo u allura jridu 29 miljun. Id-differenza ta’ 4 miljuni x’aktarx se joħroġha Ronaldo stess li lest jirrinunzja għal parti mill-paga dovuta lilu. F’dan l-istadju kollox jindika li Ronaldo se jkun qed jitlaq lil Juventus fis-sigħat li ġejjin.
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Awwissu)
Fis-27 ta’ Awwissu 2006 Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Napoli f’partita tal-Coppa Italia. L-iskor finali kien ta’ 3-3. Għal Juventus skurjaw Chiellini e darbtejn Del Piero. Minħabba r-riżultat ta’ draw ingħataw il-penalties u Napoli rebħu 5-4.
Al Khelaifi jiċħad kuntatti min-naħa ta’ PSG għal Ronaldo
Nasser Al Khelaifi ta kumment lil BeIN Sport fejn sostna li PSG mhumiex qed jinnegozjaw l-akkwist ta’ Ronaldo. Skontu ma kien hemm kuntatt mal-aġent tal-istilla Portugiża.
Matthew Scerri
Manchester City mistennija jressqu offerta lil Juventus għal Ronaldo
Jidher li Jorge Mendes illejla kellu kuntatt ma’ Manchester City u spjegalhom x’inhi l-pożizzjoni ta’ Juventus dwar Ronaldo. L-Ingliżi fehmu li Juventus mhux se jħalluh jitlaq b’xejn u qed ihejju offerta li se jressqu lill-Bianconeri. Juventus iridu biss flus u mhux se jaċċettaw tpartit ta’ plejers. Ghallinqas dan hu dak li diversi siti qed jirrapurtaw.
Matthew Scerri
Raiola kien fil-Continassa llum
Mino Raiola kellu laqgħa mad-diriġenti ta’ Juventus hekk kif dawn spiċċaw jitkellmu ma’ Mendes. Hu deher dieħel fil-Continassa madwar nofs siegħa wara li telaq Mendes. L-ghidut hu li Juventus tkellmu ma’ Raiola dwar Kean u Wesley. L-ewwel wieħed jista’ jkun dak li se jieħu post Ronaldo fl-attakk Juventin. Wesley, mill-banda l-oħra, hemm bżonn li jinbigħ barra mill-Italja biex Juventus ikunu jistgħu jirreġistraw plejer extrakomunitarju ieħor (xi ħadd tipo Gabriel Jesus biex niftehmu).
Matthew Scerri
Magħrufa l-avversarji ta’ Juventus fiċ-Champions League
Juventus telgħu fi Grupp H tal-edizzjoni 2021/22 tal-Uefa Champions League. L-avversarji tagħhom se jkunu Chelsea (ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni), Zenit St. Petersburg u Malmo. Il-programm tal-logħob se jkun imħabbar mill-Uefa sa nhar is-Sibt filgħodu.
Matthew Scerri
Juventus ma jridux li Ronaldo jitlaq b’xejn!
Dalgħodu l-aġent Jorge Mendes ġie msejjaħ fis-Sede ta’ Juventus. Preżenti għal-laqgħa miegħu kien hemm żgur Nedved, Arrivabene u Cherubini. Hemm min qed jgħid li kien preżenti anki Agnelli. Allegatament Juventus jinsabu rrabjati ferm ma’ Mendes għall-imġiba tiegħu u għamluhielu ċara li jinsabu urtati għal kif qed iġib ruħu. Jidher li Juventus lanqas biss riedu jisimgħu l-offerta ta’ Manchester City, biss wissew lil Mendes li Ronaldo fadallu sena kuntratt u mhux se jħalluh jitlaq b’xejn.
Tajjeb infakkru li dalgħodu kien qed ikun irrapurtat li Manchester City lest joffru kuntratt ta’ sentejn lil Ronaldo b’nofs il-paga li qed jagħtuh Juventus. Barra minn hekk l-Ingliżi ma jrid jħallu l-ebda somma lil Juventus għal Ronaldo.
Il-laqgħa ma’ Mendes issejħet minn Juventus u ma kinitx mitluba mill-aġent. Juventus huma urtati li Mendes mar Turin jiddiskuti ma’ Ronaldo offerta ta’ klabb ieħor mingħajr ma kien għarrafhom. Tant kienet urġenti dil-laqgħa li ħadd mid-diriġenti Bianconera ma mar Istanbul għaċ-ċerimonja tat-tlugħ tal-poloz taċ-Champions League.
Matthew Scerri





