Xejn ġdid dwar Donnarumma

Għaddiet ġimgħa oħra u ma kellna ebda aħbar ġdida dwar Gigio Donnarumma. It-tliet timijiet li l-aktar li jidhru li għandhom ċans jiffirmawh huma Juventus, Barcellona u PSG. Juventus wisq probabbli huma l-ewwel preferenza tal-gowler Taljan. Madankollu Juventus iridu qabelxejn ibigħu lil Szczesny. Fl-aħħar sigħat kellna l-aħbar li Roma qed jitħajru jixtru lura lil Szczesny u allura Juventus ikunu jistgħu jiffirmaw lil Donnarumma. Probabbli, però, li l-aħbar uffiċjali tat-trasferiment tiegħu ma’ Juventus tingħata wara l-1 ta’ Lulju meta tibda sena finanzjarja ġdida.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (5 ta’ Ġunju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-5 ta’ Ġunju 2021.

Jitkellem l-aġent ta’ Jorginho

Football Italia ħadu kumment mingħand Joao Santos, l-aġent ta’ Jorginho. Fi kliemu Jorginho se jibqa’ ma’ Chelsea peress li fadallu sentejn kuntratt u barra minn hekk Chelsea għandhom miri importanti ferm għall-istaġun li jmiss.

Matthew Scerri

Filmat: Italja-Repubblika Ċeka 4-0

https://www.youtube.com/watch?v=uWIeFMx-oZg

Ritorn ieħor ma’ Juventus?

Kulma jmur jidher li qed jikber iċ-ċans li naraw lil Miralem Pjanic lura ma’ Juventus. Allegri jħobbu ħafna u l-Bosniaku lest jirritorna ma’ Juventus bil-ġiri. Barcellona, min-naħa tagħhom, jidhru lesti li jisilfuh sabiex jeħilsu mill-paga għolja li għandu. Romeo Agresti qed isostni li Juventus qed jikkunsidraw serjament li jiksbu lura lil Pjanic b;self biex jinvestu l-flus fix-xiri ta’ midfielder ta’ statura internazzjonali. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Milinkovic-Savic u Pogba.

Matthew Scerri

Pessina minflok Sensi fit-tim nazzjonali Taljan

Stefano Sensi sofra injury muskolari u se jkollu jitlef il-partiti tal-Kampjonat Ewropew għan-Nazzjonijiet. Għaldaqstant Roberto Mancini qalgħu mil-lista ta’ 26 plejer għall-Euro2020 u minfloku daħħal lil Matteo Pessina.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (4 ta’ Ġunju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-4 ta’ Ġunju 2021.

Ċans kbir li l-partiti tas-Serie A jintlagħbu kollha f’ħinijiet differenti

Il-Lega tas-Serie A qed tikkunsidra serjament li mis-sena d-dieħla l-għaxar partiti ta’ kull Ġurnata tas-Serie A jintlagħbu kollha f’ħinijiet differenti. Dan sabiex ikunu evitat problemi tekniċi u overload fuq is-sistema ta’ DAZN li se jibdew ixandru l-partiti. Fil-laqgħa li jmiss tal-Lega Calcio se jkun diskuss dal-punt u se tittieħed deċiżjoni. Qed ikun propost li jkun hemm erba’ partiti s-Sibt (2.30 p.m., 4.30 p.m., 6.30 p.m. u 8.45 p.m.), ħames partiti oħra l-Ħadd (12.30 p.m., 2.30 p.m., 4.30 p.m., 6.30 p.m. u 8.45 p.m.) kif ukoll partita t-Tnejn filgħaxija (8.45 p.m.).

Matthew Scerri