Perin mistenni jkun il-Viċi ta’ Szczesny

Mattia Perin mistenni jibqa’ ma’ Juventus. Skont La Gazzetta dello Sport Perin se jkun il-Viċi ta’ Szczesny f’dan l-istaġun. Il-koppja Szczesny-Perin hi l-istess wahda tal-aħħar sena ta’ Allegri ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Ma nistgħux nibqgħu mdendlin!

Ilna jumejn nistennew li nsiru nafu x’se jkun l-eżitu tad-‘decision day’ ta’ Cristiano Ronaldo. Il-gazzetti u s-siti qed ikomplu jirrapurtaw li jista’ jkun hemm bdil bejn Ronaldo u Icardi. Fil-verità hemm xi ġurnalisti li qed isostnu li Ronaldo mhux se jitlaq minn Turin. Hi x’inhi l-verità, nemmnu li għandna kull dritt li nkunu nafu darba għal dejjem jekk Ronaldo huwiex se jibqa’ ma’ Juventus jew inkella jridx jitlaq. Tkun xi tkun id-deċiżjoni tiegħu, aħna se nirrispettawha imma nitlbuh li jirrispetta lil Juventus ukoll. Irriduh jibqa’, imma jekk irid jitlaq m’aħna se nżommu lil ħadd kontra qalbu. Ma jistax ikun li Juventus u aħna s-supporters nibqgħu mdendlin nistennew li Ronaldo jagħmel ir-riflessjonijiet tiegħu bil-kalma kollha. Jekk jitlaq Juventus iridu jippjanaw l-istaġun b’mod differenti. It-tluq ta’ Ronaldo ma jfissirx li trid issib biss attakkant ieħor minflok. Ifisser li Juventus ikollhom budget differenti f’termini ta’ pagi lill-plejers u b’dak li jkunu qed jiffrankaw minn fuq il-paga ta’ Ronaldo, jaf ikunu jistgħu jinvestuh fi plejer ieħor. Fl-istess ħin, irridu nkunu realistiċi u nammettu li t-tluq ta’ Ronaldo se jkun ifisser dħul inqas għal Juventus minn sponsors u għaldaqstant is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Juventus jaf issir iktar komplessa. Hu fundamentali li Juventus ikunu jafu d-deċiżjoni ta’ Ronaldo malajr kemm jista’ jkun ħalli mod jew ieħor jippjanaw l-istaġun 2021/22. Kif għidna, jalla Ronaldo jibqa’, biss jekk se jitlaq jaqbad jgħidha ħalli l-ġimgħat li ġejjin jintużaw b’mod għaqli.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (20 ta’ Lulju 2021)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-20 ta’ Lulju 2021.

Dragusin miftiehem ma’ Sassuolo. Locatelli jidher qrib li jingħaqad ma’ Juventus

Jidher li hemm xaqq ta’ tama li t-trasferiment ta’ Locatelli ma’ Juventus verament daqt se jseħħ. Fil-fatt qed ikun irrapurtat li Dragusin sab ftehim ma’ Sassuolo. Hu se jkun qed jingħaqad magħhom bħala parti mill-ftehim bejn Sassuolo u Juventus għal Locatelli. Intant Sassuolo diġà sabu sostitut għal Locatelli: Lovric ta’ Lugano.

Matthew Scerri

Id-dati u l-ħinijiet tal-ewwel żewġ partiti tas-Serie A 2021/22

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-logħob tal-ewwel żewġt iġranet tas-Serie A 2021/22. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:

L-1 Ġurnata (Il-Ħadd 22 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m.) Udinese-Juventus

It-2 Ġurnata (Is-Sibt 28 ta’ Awwissu 2021, 8.45 p.m.) Juventus-Empoli

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (19 ta’ Lulju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ Lulju 2021.

Min se ikun l-ewwel akkwist bħala midfielder?

Kif kulħadd jaf u tkellimt anki fl-aħħar artiklu ppubblikat, it-tim tagħna beda t-taħrig bi grupp kemmxejn żgħir ghall-istaġun li jmiss bir-ritorn ta’ Max Allegri fi tmun tal-iskwadra. Il-grupp għadu żgħir ħafna minħabba l-bosta plejers li pparteċipaw f’Ewro 2020. Sirna nafu wkoll bl-operazzjoni ta’ Arthur li se tħallih barra mill-azzjoni ghal perjodu ta’ madwar xahrejn.
Din l-aħbar tal-operazzjoni ta’ Arthur ma tistax ma tqanqalx ħsibijiet fuq is-suq ta’ trasferimenti fejn bħalissa qed tiddomina x-xena n-negozjar għat-trasferiment ta’ Locatelli minn Sassuolo għal ma’ Juventus. Jidher li Juventus offrew somma ta’ €30 miljun b’self fuq żewġ staġuni imma mingħajr obbligu ta’ xiri. Wieħed hawn jistaqsi jekk din hijiex sempliċiment mossa tattika fin-negozjar ma’ Sassuolo jew inkella tqanqal ħsieb jekk id-diriġenza għandiex fiduċja totali fil-kapaċitajiet tal-plejer. Żgur li l-akkwist ta’ Locatelli jista’ jagħti aktar għażliet lil Allegri milli kellna s-sena l-oħra f’nofs il-grawnd imma minn naħa l-oħra nittamaw li t-trattattiva ma ddumx wisq ma tiġi konkluża biex ma toħnoqx il-possibilita’ li jiġu kkunsidrati għażliet oħra jekk jisfratta l-akkwist ta’ Locatelli. Issemma wkoll tpartit Pjanic-Ramsey. Wieħed jaf jaħseb mill-ewwel jekk din tkunx mossa valida minħabba l-eta’ mhux daqshekk żgħira ta’ Pjanic imma mill-banda l-oħra taf tagħti għażla valida lil Allegri li jkollu playmaker fl-assenza ta’ Arthur u nafu wkoll kemm Miralem Pjanic iħobb il-klabb u l-ambjent Juventin. Minn naħa l-oħra wieħed għandu jikkonsidra li minħabba li hemm ħafna mill-grupp ta’ plejers neqsin mill-bidu mit-taħriġ u li hemm Fagioli li diġa beda il-preparazzjoni, taf tkun l-okkażjoni perfetta biex naraw lil Fagioli jiġi kkunsidrat parti mportanti u opzjoni valida anki waqt l-istaġun. Jien minkejja li Pjanic nammirah ħafna f’dan l-istadju nippereferi nesploraw l-abiltajiet ta’ Fagioli. Inthom x’taħsbu?

Insellmilkom
Massimo

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (18 ta’ Lulju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ Lulju 2021.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Lulju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Lulju 2021.