L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (7 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-7 ta’ Mejju 2021.

Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Mejju)

Il-filmat tal-lum se joħodna għas-sena 1961 meta Juventus għelbu lil Lecco 4-2 bil-gowls ta’ Charles (2), Sivori u Nicolé.

Il-kundizzjonijiet ta’ Juventus biex ibigħu lil McKennie

Weston McKennie jista’ jitlaq lil Juventus. Ilna nisimgħu u naqraw li McKennie jaf ikun mibjugħ minħabba li Juventus jeħtieġu jagħmlu plusvalenze sat-30 ta’ Ġunju meta tagħlaq is-sena finanzjarja. McKennie sewa lil Juventus 18.5 miljun Ewro flimkien ma’ 6.5 miljun Ewro oħra f’bonuses. Dan ifisser li biex Juventus ibigħuh trid taslilhom offerta minn tal-inqas ta’ 30 miljun Ewro. Barra minn hekk din l-offerta trid tasal sal-aħħar ta’ Ġunju. Wara Lulju, jekk ħadd ma jkun ressaq offerta għalih, hu probabbli li Juventus jagħżlu li jżommu lil McKennie magħhom għall-istaġun li jmiss dejjem jekk ikun iridu l-kowċ tas-sena d-dieħla. Fil-fatt f’Lulju tibda sena finanzjarja oħra u Juventus ikollhom sena żmien biex isaħħu l-qagħda finanzjarja tagħhom.

Matthew Scerri

L-Uefa ma tistax tieħu passi kontra t-timijiet fundaturi tas-Super League

Tard ilbieraħ ESPN irrapurtaw li Juventus, Barcellona, Real Madrid, Inter u Milan kienu qed jirriskjaw li jiġu esklużi għal sentejn mill-kompetizzjonijiet Ewropej bħala kastig talli formalment għadhom jagħmlu parti mis-Super League (Inter però jidhru li jinsabu qrib li jilħqu ftehim biex joħorġu mis-Super League). Jidher imma li dan il-pass dixxiplinari ma jistax jittieħed mill-Uefa hekk kif hemm sentenza ta’ Qorti f’Madrid li torbot idejn il-Uefa u ma tħallihomx jieħu passi kontra l-klabbs fundaturi. Dis-sentenza tgħodd anki fl-Iżvizzera (fejn hemm il-Kwartieri Ġenerali tal-Uefa) minħabba ftehim bilaterali bejn il-pajjiżi.

Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tal-35 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 8 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.

Spezia-Napoli: Irrati

Udinese-Bologna: Santoro

Is-Sibt 8 ta’ Mejju 2021, 6.00 p.m.

Inter-Sampdoria: Ayroldi

Is-Sibt 8 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Fiorentina-Lazio: Maresca

Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 12.30 p.m.

Genoa-Sassuolo: Mariani

Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.

Benevento-Cagliari: Doveri

Verona-Torino: Massa

Parma-Atalanta: Giua

Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 6.00 p.m.

Roma-Crotone: Sozza

Il-Ħadd 9 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Juventus-Milan: Valeri

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (6 ta’ Mejju)

Il-partita li qed inwasslulkom illum hi konfront bejn Juventus u Roma li ntlagħab fl-2001. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 2-2.

Juventus kisbu lil Huijsen

Juventus kisbu lid-difensur ta’ Malaga, Dean Huijsen. Hu għad għandu sittax-il sena. Jilgħab bħala difensuri ċentrali u fiżikament hu b’saħħtu ħafna. Fuqu kien hemm Real Madrid u Sevilla, biss finalment kienu Juventus li kisbu l-firma tiegħu fuq il-kuntratt kif ikkonferma missieru stess ma’ Voetbalzone.nl.

Matthew Scerri

Infantino jċanfar lil Ceferin u jappella biex ma jkunx hemm sanzjonijiet għall-fundaturi tas-Super League

Il-President tal-Fifa, Gianni Infantino ta intervista lil L’Equipe fejn kellu kliem iebes fil-konfront tal-Uefa u ta’ Ceferin. Sostna li m’għandhom jittieħdu passi fil-konfront tat-tnax-il tim li waqqaf is-Super League. Skontu s-sanzjonijiet jaf ikollhom riperkussjonijiet kbar u xi ħadd irid iġorr eventwalment ir-responsabbiltà tagħhom. Qal ukoll li jekk jittieħdu passi kontra t-timijiet konċernati, jintlaqtu l-plejers,  il-kowċis u l-partitarji li m’għandhom ebda ħtija. Żied li ma jagħmilx sens li wieħed jiddikjara gwerra lill-klabbs il-kbar f’perjodu ta’ pandemija. Ma naqsitx anki ċanfira għal Ceferin. Fil-fatt Infantino qal: “Il-kap tal-futbol Ewropew għandu jsaqsi lilu nnifsu għalfejn wasalna f’dal-punt.” Insomma Infantino jidher li għandu pożizzjoni kompletament differenti minn ta’ Ceferin. Hu jrid li jġib l-għaqda mill-ġdid u sabiex dan l-għan jintlaħaq, xi ħadd irid joħroġ l-id tal-ħbiberija.

Matthew Scerri

Id-dati tas-Serie A 2021/22

Il-Lega Calcio llum iddeċidiet id-dati tal-kampjonat 2021/22. Is-Serie A se tibda fit-22 ta’ Awwissu u se tintemm fit-22 ta’ Mejju 2022. Se jkun hemm waqfa tal-Milied bejn it-23 ta’ Diċembru 2021 u s-6 ta’ Jannar 2022. Dawn id-dati għad iridu jkunu approvati mill-FIGC.

Matthew Scerri