Bħal-lum fil-passat (30 ta’ April)

Filmat b’intervista lil Bettega, apparti siltiet mill-partita stess, fejn l-attakkant Juventin jirreplika għall-polemiki marbutin mal-għażliet tar-referee. Kif tistgħu taraw il-qrid ta’ Napoli ma bediex biss fl-aħħar ftit snin.

Ir-referees tal-partiti tal-34 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 1 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.

Verona-Spezia: Volpi

Is-Sibt 1 ta’ Mejju 2021, 6.00 p.m.

Crotone-Inter: Prontera

Is-Sibt 1 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Milan-Benevento: Calvarese

Il-Ħadd 2 ta’ Mejju 2021, 12.30 p.m.

Lazio-Genoa: Giacomelli

Il-Ħadd 2 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.

Bologna-Fiorentina: Dionisi

Il-Ħadd 2 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.

Napoli-Cagliari: Fabbri

Sassuolo-Atalanta: Pairetto

Il-Ħadd 2 ta’ Mejju 2021, 6.00 p.m.

Udinese-Juventus: Chiffi

Il-Ħadd 2 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Sampdoria-Roma: Sacchi

It-Tnejn 3 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Torino-Parma: Aureliano

Matthew Scerri

Ronaldo mitlub iħallas id-danni

Il-każ ta’ Kathryn Mayorga għadu ma ntemmx. Skont Mirror, Mayorga, li kienet akkużat lil Ronaldo li abbuża biha, qed titlob issa l-ħlas tad-danni. Hi qed titlob 56.5 miljun Sterlina f’danni. Ovvjament trid tkun Qorti biex tistabilixxi jekk hi għandhiex id-dritt għal dis-somma.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Il-partitarji se jitħallew jidħlu fl-istadium għall-Finali tal-Coppa Italia

Is-Segretarju Parlamentari Andrea Costa ħabbar illum li, wara laqgħa li kellu mal-Ministru tas-Saħħa, ġie deċiż li l-partitarji se jitħallew jidħlu fil-istadium fl-okkażjoni tal-Finali tal-Coppa Italia bejn Juventus u Atalanta. Se jitħallew jidħlu sa massimu ta’ 20% tas-seating capacity tal-Mapei Stadium fejn se tintlagħab il-Finali. Il-Kumitat Tekniku-Xjentifiku qed iħejji l-protokoll.

Matthew Scerri

L-ismijiet tar-rivoluzzjoni Juventina

Il-kampjonat wasal biex jintemm u kollox qed jindika li resqin lejn rivoluzzjoni fi ħdan it-tim Juventin. Rivoluzzjoni li, kif ilna niktbu, se tara bidliet kbar kemm fid-diriġenza kif ukoll fit-tmexxija teknika tat-tim. Hemm rapporti li fil-jiem li għaddew John Elkann mar fil-Continassa u tkellem mal-plejers. X’intqal, ovvjament, ma nafux. Biss kollox jindika li Andrea Agnelli probabbli mhux se jibqa’ President ta’ Juventus. Kif konna għidna minflok probabbli se jinħatar Nasi. Paratici u Nedved x’aktarx se jitilqu huma wkoll. Qed jissemmew diversi diriġenti: Del Piero bħala Viċi-President, Lippi bħala konsulent tat-Technical Area, Marotta lura bħala CEO u Giuntoli minflok Paratici. Il-kowċ se jinbidel ukoll. Allegri qed jissemma ħafna. Illum hu wasal Turin. Aħbar ili Momblano ta nhar it-Tnejn li għadda. Skontu Allegri kien Turin il-ġimgħa li għaddiet u kellu jmur lura llum. Dejjem skont Momblano, Allegri hu miftiehem ma’ klabb ieħor li mhuwiex il-Juventus. Probabbli, għaldaqstant, li Allegri jinsab Turin għal raġunijiet privati. Fil-fehma tagħna l-kowċ mhux se jkun Allegri, imma xi ħadd ieħor. X’aktarx Juventus qed iħallu li l-attenzjoni ddur fuq Allegri biex huma jkunu jistgħu jinnegozjaw bil-kwiet mal-kowċ il-ġdid.

Matthew Scerri

Ma jieqaf xejn l-għidut dwar min se jieħu post Pirlo

Fl-aħħar jiem żdied sew l-għidut dwar min se jieħu post Pirlo ma’ Juventus. Qed jissemma ħafna Allegri anki għax nafu li ltaqa’ ma’ Agnelli ftit tal-ġimgħat ilu. Ovvjament s’issa għad m’għandniex konferma li Andrea Agnelli se jibqa’ President ta’ Juventus u għaldaqstant dil-laqgħa privata jaf ma tfisser xejn. Kowċis oħra li qed jissemmew huma: Gasperini, Zidane, Flick u Gattuso. Ħafna spekulazzjonijiet u s’issa xejn ma hu kkonfermat. L-impressjoni tagħna hi li Juventus l-ewwel se jkunu qed jaraw min se jmexxi lill-klabb fil-karigi ta’ President u Chief Technical Area. Wara li dil-kwisjtoni tkun solvuta, allura Juventus ikunu jistgħu jibdew jaħdmu fuq min se jkun il-kowċ tat-tim.

Matthew Scerri  

Everton b’offerta għal Demiral

Merih Demiral mistenni jkollu diversi offerti das-sajf minn klabbs oħra. Il Corriere di Torino qed jirraporta li Everton bdew jikkunsidraw li jressqu offerta ta’ bejn 25-30 miljun Ewro għalih. Juventus, f’dan l-istadju, jidhru li ma jridux ibigħuh. Madankollu mhux eskluż li minħabba l-qagħda tal-finanzjarja tal-klabb, Juventus jaf ikunu kostretti jbigħu lil Demiral jekk taslilhom offerta tajba.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (29 ta’ April 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-29 ta’ April 2021.

Bħal-lum fil-passat (29 ta’ April)

29 ta’ Mejju 1995, ftit jiem wara l-mewt ta’ Andrea Fortunato, Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Fiorentina. Il-Bianconeri ta’ Lippi rebħu 1-4, gowls ta’ Vialli, Baggio, Ravanelli u Marocchi.

L-aħħar ftit tal-era Pirlo

Il-futur ta’ Andrea Pirlo jidher tassew imdendel b’xagħra. Ilna iktar minn xahar naqraw li l-partita li jmiss jaf tkun l-aħħar waħda tiegħu bħala kowċ ta’ Juventus. Anki dwar Udinese-Juventus qed jingħad l-istess: f’każ ta’ telfa Pirlo jista’ jitkeċċa u jinħatar Tudor minfloku. X’se jiġri ma nafux. Li hu ċert hu li Pirlo mhux se jkun il-kowċ ta’ Juventus is-sena d-dieħla. Anki jekk Juventus jidħlu Champions League, Pirlo mhux se jibqa’ jmexxi lit-tim Juventin. Dil-ġimgħa ibnu stess stqarr li xi ‘supporters’ qed jhedduh fuq il-mezzi soċjali. Ovvjament aħna kontra kull forma ta’ theddid, biss din l-aħbar tixhed is-sentiment kontra Pirlo li hemm fost is-supporters. Pirlo ma jistax jibqa’ kowċ ta’ Juventus is-sena d-dieħla għal dak li wera (jew aħjar ngħid li ma weriex fil-grawnd), kif ukoll għan-negattività li tnisslet fi ħdan l-ambjent Juventin. Pirlo beda l-istaġun bil-għan li jirbaħ il-kampjonat u ċ-Champions League bħall-predeċessuri tiegħu. Falla miżerament. Qatt ma rajna xejn speċjali fil-grawnd. Kif ktibt drabi oħra, il-kwisjtoni mhix li ma tistax tirbaħ dejjem. Semmai l-kwistjoni hi li trid tipprova tirbaħ dejjem u l-Juve taħt Pirlo hi biss tim bla ideat, bla personalità, bla grinta, bla xejn. Nittamaw li Pirlo jirnexxilu jwassal lit-tim jikseb post fiċ-Champions League u wara t-tim ikun fdat f’idejn kowċ ta’ esperjenza u ta’ bravura li jkun kapaċi jibni tim li jiġġieled sal-aħħar għar-rebħ ta’ unuri.

Matthew Scerri