L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (28 ta’ April 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ April 2021.
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ April 2021.
Qed ikun irrapurtat li Atletico Madrid ipproponew lil Juventus bdil ta’ plejers bejn Morata u Dybala. Morata bħalissa jinsab misluf lil Juventus mingħand Atletico. Il-Bianconeri m’għandhomx 45 miljun biex jixtru lil Morata. L-Ispanjoli, min-naħa tagħhom għarrfu lil Juventus li lesti jagħtu lil Morata għal kollox lil Juventus bi tpartit ma’ Dybala. F’dan l-istadju jidher li hu tassew diffiċli li jsir dat-tpartit hekk kif m’hemmx dubju li Dybala għandu valur ferm ogħla minn dak ta’ Morata.
Matthew Scerri
Federico Chiesa rkupra mill-injury tiegħu u se jkun qed jirritorna mill-ewwel minuta għal Juventus fi tmiem il-ġimgħa kontra Udinese. Pirlo u Juventus għandhom verament bżonnu hekk kif il-mixja għall-ksib ta’ post fiċ-Champions League tidher tassew ikkumplikata b’ħames timijiet jiġġieldu għal tliet postijiet.
Matthew Scerri
Tħabbret il-mewt ta’ Nancy Zacarias, omm Gonzalo Higuain. Hi kienet ilha ħafna marida bil-kanċer u niftakru li sena ilu, fil-qalba tal-pandemija, Higuain kien telaq minn Turin sabiex imur fejn ommu. Issa b’xorti ħażina, is-Sinjura nancy tilfet dil-battalja fl-età ta’ 64 sena.
Matthew Scerri
Diversi rapporti li qed jidhru fil-gazzetti Taljani qed isostnu li Juventus lesti jġeddu s-self ta’ Alvaro Morata biss biħsiebhom jinnegozjaw mill-ġdid il-ftehim ma’ Atletico Madrid. Fis-sajf li għadda l-klabbs laħqu ftehim li dis-sena Juventus jistgħu jixtru lil Morata għal kollox jew inkella jġeddu s-self billi jħallsu 10 miljuni oħra. F’dan l-istadju hu impossibbli li Juventus jixtru għal kollox lil Morata minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja u għaldaqstant se jġeddu s-self tiegħu. Is-somma ta’ 10 miljuni, wara li diġà kienu tħallsu 10 miljuni oħra sena ilu għas-self f’dan l-istaġun, hi meqjusa għolja. Juventus mistennija jkellmu lil Atletico Madrid u se joffrulu 5 miljuni minflok 10 miljuni għas-self fl-2021/22.
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ April 2021.
27 ta’ April 1975. Juventus jilqgħu f’darhom lil Lazio. Il-partita tal-kampjonat tara dominju assolut ta’ Juventus li jirbħu l-konfront bl-iskor ta’ 4-0, bil-gowls jaslu minn Altafini u hattrick ta’ Anastasi f’ħames minuti.
Il-Kunsill Federali tal-FIGC iltaqa’ llum u approva regola li qed tissejjaħ ‘anti-Super League’. Il-President Gravina spjega li min se jieħu sehem f’kompetizzjonijiet li mhumiex organizzati minn FIGC, l-Uefa jew il-FIFA mhux se jitħalla jagħmel jibqa’ jifforma parti mill-istess Federazzjoni.
Matthew Scerri
Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Fiorentina u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 33% tal-voti, segwit minn Morata b’31% u minn Bentancur b’19% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!
Matthew Scerri
Is-Sibt 24 ta’ April 2021, 3.00 p.m.
Genoa-Spezia 2-0
Is-Sibt 24 ta’ April 2021, 6.00 p.m.
Parma-Crotone 3-4
Is-Sibt 24 ta’ April 2021, 8.45 p.m.
Sassuolo-Sampdoria 1-0
Il-Ħadd 25 ta’ April 2021, 12.30 p.m.
Benevento-Udinese 2-4
Il-Ħadd 25 ta’ April 2021, 3.00 p.m.
Fiorentina-Juventus 1-1
Inter-Verona 1-0
Il-Ħadd 25 ta’ April 2021, 6.00 p.m.
Cagliari-Roma 3-2
Il-Ħadd 25 ta’ April 2021, 8.45 p.m.
Atalanta-Bologna 5-0
It-Tnejn 26 ta’ April 2021, 6.30 p.m.
Torino-Napoli 0-2
It-Tnejn 26 ta’ April 2021, 8.45 p.m.
Lazio-Milan 3-0
Matthew Scerri