Il-flokk il-ġdid ta’ Juventus

Juventus żvelaw il-flokk li se jkunu qed jilagħbu bih fl-istaġun 2021/22. Il-flokk għandu dehra iktar tradizzjonali. Fin-naħa ta’ ġewwa hemm il-kitba ’10 years at home’ biex ifakkar l-għaxar anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Allianz Stadium. Juventus se jżanżnu l-flokk għada għall-Finali tal-Coppa Italia.  

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (18 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ Mejju 2021.

Il-plejers mgħajta mat-tim nazzjonali Taljan

Tħabbru l-ismijiet tal-plejers mgħajta minn Roberto Mancini għall-partita li t-tim nazzjonali Taljan se jilgħab kontra San Marino fit-28 ta’ Mejju. Il-plejers mgħajta huma:

Massa se jkun ir-referee tal-Finali tal-Coppa Italia

Ir-referee tal-Finali tal-Coppa Italia bejn Juventus u Atalanta se jkun Davide Massa. Il-partita, tajjeb infakkru, se tintlagħab fil-Mapei Stadium fid-19 ta’ Mejju fid-9.00 ta’ filgħaxija.

Matthew Scerri

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Inter

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Inter. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 81% tal-voti, segwit minn De Ligt b’9% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tal-aħħar Ġurnata tal-kampjonat

Il-Lega Calcio ħabbret il-ħinijiet tal-partiti tal-aħħar Ġurnata tal-kampjonat:

Is-Sibt 22 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Cagliari – Genoa
Crotone – Fiorentina
Sampdoria – Parma

Il-Ħadd 23 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.

Inter – Udinese

Il-Ħadd 23 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Atalanta – Milan
Bologna – Juventus
Napoli – Verona
Sassuolo – Lazio
Spezia – Roma
Torino – Benevento

Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tas-37 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 15 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.

Genoa-Atalanta 3-4

Spezia-Torino 4-1

Is-Sibt 15 ta’ Mejju 2021, 6.00 p.m.

Juventus-Inter 3-2

Il-Ħadd 16 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Roma-Lazio 2-0

Il-Ħadd 16 ta’ Mejju 2021, 12.30 p.m.

Fiorentina-Napoli 0-2

Il-Ħadd 16 ta’ Mejju 2021, 3.00 p.m.

Benevento-Crotone 1-1

Udinese-Sampdoria 0-1

Il-Ħadd 16 ta’ Mejju 2021, 6.00 p.m.

Parma-Sassuolo 1-3

Il-Ħadd 16 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Milan-Cagliari 0-0

It-Tnejn 17 ta’ Mejju 2021, 8.45 p.m.

Verona-Bologna 2-2

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Mejju 2021.

Riflessjoni – Juventus vs Inter

Jiġuni diversi ħsibijiet meta naħseb fuq il-partita tal-bieraħ bejn it-tim tagħna u l-iktar rival aħrax tattim ta’ qalbna. waħda mill-ewwel li se nsemmi hi din – il-bieraħ rajt grinta u motivazzjoni mill-players li anke meta t-tim spicca b’10 players minħabba t-tkeċċija ferm inġusta ta’ Bentancur għal żewġ karti sofor, kien hemm sens ta commitment min-naħa tal-players biex tintrebaħ il-logħba. Ħsieb li żgur jgħaddi minn moħħi u naħseb bħali ħafna Juventini – imma għaliex hekk tard fl-istaġun jew inkella ttim narawh jagħmel reazzjoni meta jkun sofra minn xi ħaġa negattiva bħal xi conceded goal waqt ilpartita stess? Ma nistgħux ninjoraw ukoll kemm hu player importanti Juan Cuadrado għall-iskwadra – jagħti kwalita’, impenn u diversi drabi jkun deċiżiv fi sfidi bħal logħba ta’ dan il-weekend. Waħda mill-affarijiet li nerġa’ nkun ftit perpless hu n-nuqqas ta’ użu ta’ Dybala meta rajna li xi ftit ġranet ilu kontra Sassuolo kien wieħed mill-aħjar players li pproponew l-aktar azzjonijiet ta’ goals speċjalment fit-tieni taqsima u meta nafu kemm l-assenza tiegħu minħabba l-injury li kellu, it-tim bata mmens mingħajru.

Qed nikteb dan l-artiklu waqt li sfortunatament sirna nafu ukoll li Napoli rebħu l-logħba tagħhom – l-iktar u forsi l-uniku avversarju li fadlilna biex nikkontestaw slot fiċ-Champions League li imiss. Li rebħu kontra Fiorentina llum żgur ma ħallilniex ħafna lok għal tama li jirnexxilna nassiguraw slot għaċChampions League ħlief jekk isir miraklu fl-aħħar logħba tal-kampjonat – biss nafu ukoll pero’ li ddestin m’huwiex f’idejna ladarba qegħdin taħthom bħala punti. Nittamaw li forsi b’xi mod jirnexxielna verament nidħlu Champions League li bħal ma’ kulħadd jaf tassigura fondi li huma ndispensabbli għallbwiet tal-klabb kif ukoll tagħti ftit iktar inċentiv lid-diriġenza biex tinvesti fi players li hemm bżonn filkampanja ta’ trasferimenti li ġejja minflok li jkollu jsir ridimensjonament tal-ambizzjonijiet tal-klabb għall-istaġun li ġej.

Massimo Grioli

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ Mejju 2021)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Mejju 2021.