Locatelli-Ronaldo. Nedved mhuwiex inkwetat
Pavel Nedved kien preżenti lbieraħ għaċ-ċerimonja tat-tlugħ tal-poloz tas-Serie A u bħal dejjem tkellem mal-ġurnalisti. Fost id-domandi li saqsewh kien hemm anki dawk marbuta ma’ Locatelli u Ronaldo. Dwar il-midfielder Taljan, Nedved wieġeb li Juventus ħallewh bi kwietu waqt il-Euro2020 u li għad fadal żmien għad-diskussjonijiet bejn il-partijiet. Ronaldo, mill-banda l-oħra, jidher li se jibqa’ peress li ħadd mill-aġent ma ta sinjali lil Juventus li se jkun qed jitlaq. Fi kliem Nedved, fil-25 ta’ Lulju Ronaldo se jkun qed jibda l-preseason ma’ Juventus.
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Lulju)
Partita oħra ta’ ħbiberija mill-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-2010 Juventus kienu lagħbu kontra Al-Nassr Riyad u rebħu 5-0.
Lejn Staġun ġdid Juventin 2021-22
Illum beda uffiċċjalment is-season il-ġdid taħt it-tmexxija tal-kowc il-ġdid Massimiliano Allegri. Ovvjament Allegri ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni minħabba il-fatt li ġa kien il-kowċ tat-tim preferit tagħna. Fil-5 staġuni preċedenti li kellu ma’ Juventus, Allegri wassalna għar-rebħ ta’ diversi trofej li komplew żiedu ma’ vetrina mimlija tazzi. Ta’ min jirrimarka li l-ewwel u l-uniku kowċ li irnexxilu fl-impriża xejn faċli li nirbħu 4 doubles konsekuttivi u anki konna viċin li nirbħu 2 Tripletti taħt il-gwida pragmatika tiegħu.
Illum, ukoll ittellaw il-poloz ghas-Serie A fejn l-ewwel logħba se toħodna il-Friuli ta’ Udine biex nilgħabu kontra Udinese. Ovvjament fil-gimgħat li gejjin se ikollna l-opportunita’ nitkellmu iktar mill-qrib fuq din il-logħba. Bħalissa, b’ħafna mill-plejers li kienu ovvjament impenjati fl-Euro 2020 mirbuħ b’suċċess min-Nazzjonal Taljana fejn hawn nifirħu b’mod partikulari lil 4 plejers Juventini – Chiellini, Bonucci, Chiesa u Bernardeschi – nistgħu ngħidu li Allegri se ikollu grupp pjuttost zgħir li se jibda it-taħrig għal-istaġun li imiss. Nittamaw ukoll li ikollna xi players ġodda fejn b’mod partikolari qed jissemma Manuel Locatelli u forsi xi plejers oħra li ikunu jistgħu itejbu l-iskwadra b’mod effettiv.
Insomma – nittamaw għal-iktar suċċessi Bianconeri fl-istaġun li imiss.
Insellmilkom,
Massimo Grioli
Illum jibda l-preseason ta’ Juventus!
Mil-lum se jibdew it-testijiet mediċi għall-plejers li ma kinux impenjati mat-timijiet nazzjonali, filwaqt li għada jibda t-taħriġ fiżiku taħt it-tmexxija ta’ Allegri u l-istaff tiegħu. Għalissa, kif għidna, se jkunu qed jittrenjaw biss dawk li das-sajf ma kellhomx impenji mat-tim nazzjonali. Magħhom se jkun hemm diversi plejers li ġew lura minn self ma’ klabbs oħra (Pellegrini, Rugani, Perin, Pjaca, eċċ) kif ukoll diversi plejers tal-Under 23. Bil-mod il-mod jibdew imbagħad deħlin il-plejers li għadhom vaganza. L-aħħar li se jibdew training huma l-plejers li lagħbu għall-Italja u għall-Brażil. Illejla, intant, se jkollna l-poloz tal-kampjonat tas-Serie A, liema kampjonat se jibda fit-22 ta’ Awwissu.
Matthew Scerri









