Riflessjonijiet Juventini (L-Ewwel Parti): L-impatt tal-Covid

Mhu faċli xejn bħalissa titkellem fuq x’qieghed għaddej fl-ambjent Juventin. Kif qbadt il-pinna illum
biex nikteb dan l-artiklu, friska wisq il-weġgħa wara t-telfa li ħadna mal-Milan il-Ħadd li għadda. Rajna
l-iskwadra mhux biss titlef il-logħba, imma lanqas biss f’logħba sħiħa ma tesprimi loghob u tersaq
b’mod perikoluż lejn il-lasta avversarja. X’seta wassal għal din il-metamorfosi negattiva f’dan l-istaġun?
Diversi fatturi taw kontribut negattiv. Provajt naħseb ftit x’seta wassal għal staġun daqshekk negattiv
li tefagħna lura fiż-żmien ta’ qabel inħatar Andrea Agnelli bħala President.

Covid – Il-pandemija tal-Covid-19 żgur kellha effett devastanti minn ħafna angoli – speċjalment in-nuqqas ta’ impatt emottiv li kapaċi jagħti stadium mimli nies – kif jgħidu bit-taljan ‘id-dodicesimo
uomo in campo’. Semmiha telekronista popolari l-Ħadd li għadda, fil-programm ta’ wara l-logħba, u
kelli ntih raġun f’li qal li l-Allianz Stadium jaf iqajjem atmosfera unika bejn l-istands u l-pitch meta jkun
hemm is-supporters – ta’ dan jien spiss kont xhud billi diversi drabi tlajt narahom jilgħabu ġo Turin. Innaħa l-ohra tal-munita f’dan l-argument hi li timijiet bħal Milan, in-nuqqas ta’ nies fil-ground kien ta’
benefiċċju għall-iskwadra taghhom – ħaġa totalment opposta għal dak li ġara lill-iskwadra tal-qalb
tagħna. Meta nsemmu l-pandemija, ma nistgħux ninjoraw l-impatt negattiv li ħalliet fuq il-finanzi talklabb speċjalment meta iridu jitħallsu xorta il-pagi għoljin tal-players. Fatt bħal dan żgur ikollu
riperkussjonijiet koroh anki fuq il-kampanja ta’ trasferimenti fejn nafu li għall-istaġun li jmiss hemm
bżonn li d-diriġenza tinvesti fuq players ta’ stoffa speċjalment fil-midfield u anki fuq il-linji – lemin u
xellug.

Massimo Grioli

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (12 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-12 ta’ Mejju 2021.

Gravina: “Ottimist li se tinstab soluzzjoni”

Fl-aħħar tliet ijiem kellna numru ta’ dikjarazzjonijiet min-naħa tal-President tal-FIGC, Gravina, liema dikjarazzjonijiet xi ftit jew wisq mhux dejjem jaqblu ma’ xulxin. Hu l-ewwel stqarr li jrid ikun medjatur fis-sitwazzjoni ta’ tensjoni bejn Juventus u l-Uefa minħabba s-Super League. Imbagħad, ftit sigħat wara, l-istess Gravina hedded lil Juventus li ma jitħallux jilagħbu fis-Serie A jekk ma jitilqux mis-Super League. Issa lbieraħ, Gravina reġa’ tkellem dwar dis-sitwazzjoni. Hu qal li tkellem ma’ Agnelli u, filwaqt li tenna li r-regoli huma regoli u li hu ma jista’ jħares lejn wiċċ ħadd, fl-istess ħin però sostna li jinsab ottimist li tista’ tinstab soluzzjoni għall-ġid ta’ kulħadd.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Mejju)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna lura eżattament erbatax-il sena. Il-partita kienet Juventus-Bologna. Skor finali 3-1.

Buffon: “Tajt kollox. Irċevejt iktar minn hekk”

Dan li ġej hu messaġġ li Buffon kiteb fil-profili tiegħu fuq is-social media biex iħabbar li se jitlaq lil Juventus.

Ogni inizio ha anche una fine. E questa è la fine del mio secondo tempo alla Juve. Una decisione presa, maturata e comunicata già da mesi.Ma non una decisione facile. Perché non è facile tagliare questo cordone, qua dove c’è la mia storia, la mia gioia, le mie lacrime, la mia casa.Ma so che quel momento è arrivato. Non esiste un grazie grande abbastanza.Ho dato tutto.Ho ricevuto di più.Il tempo che verrà è tutto da scrivere. E da vivere. Sempre, fino alla fine.

Buffon iħabbar li se jitlaq lil Juventus

Gigi Buffon ħabbar li se jitlaq lil Juventus fi tmiem l-istaġun. “Naħseb li tajt kollox lil Juventus. U rċevejt lura dak kollu li kien possibbli u iktar minn hekk ma nistgħux nagħmlu. Wasalna fi tmiem ta’ ċiklu u hu xieraq li nwarrab,” qal Buffon. Dwar il-futur tiegħu, Buffon sostna li hu se jieqaf sakemm ma jsibx tim ieħor li jagħtih stimoli ġodda u li jkun jista’ jissarraf f’esperjenza ġdida ta’ ħajja.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Mejju 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Mejju 2021.

Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Mejju)

Tmien snin ilu Juventus rebħu l-iscudetto numru 31 fl-istorja tagħhom u kien propju fl-11 ta’ Mejju 2013 li saret il-premjazzjoni lit-tim Juventin. F’dan il-video, miġjub lilkom minn ‘Gobbo Maltese’, tistgħu taraw iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni.