Bħal-lum fil-passat (6 ta’ Mejju)
Il-partita li qed inwasslulkom illum hi konfront bejn Juventus u Roma li ntlagħab fl-2001. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 2-2.
Juventus kisbu lil Huijsen
Juventus kisbu lid-difensur ta’ Malaga, Dean Huijsen. Hu għad għandu sittax-il sena. Jilgħab bħala difensuri ċentrali u fiżikament hu b’saħħtu ħafna. Fuqu kien hemm Real Madrid u Sevilla, biss finalment kienu Juventus li kisbu l-firma tiegħu fuq il-kuntratt kif ikkonferma missieru stess ma’ Voetbalzone.nl.
Matthew Scerri
Infantino jċanfar lil Ceferin u jappella biex ma jkunx hemm sanzjonijiet għall-fundaturi tas-Super League
Il-President tal-Fifa, Gianni Infantino ta intervista lil L’Equipe fejn kellu kliem iebes fil-konfront tal-Uefa u ta’ Ceferin. Sostna li m’għandhom jittieħdu passi fil-konfront tat-tnax-il tim li waqqaf is-Super League. Skontu s-sanzjonijiet jaf ikollhom riperkussjonijiet kbar u xi ħadd irid iġorr eventwalment ir-responsabbiltà tagħhom. Qal ukoll li jekk jittieħdu passi kontra t-timijiet konċernati, jintlaqtu l-plejers, il-kowċis u l-partitarji li m’għandhom ebda ħtija. Żied li ma jagħmilx sens li wieħed jiddikjara gwerra lill-klabbs il-kbar f’perjodu ta’ pandemija. Ma naqsitx anki ċanfira għal Ceferin. Fil-fatt Infantino qal: “Il-kap tal-futbol Ewropew għandu jsaqsi lilu nnifsu għalfejn wasalna f’dal-punt.” Insomma Infantino jidher li għandu pożizzjoni kompletament differenti minn ta’ Ceferin. Hu jrid li jġib l-għaqda mill-ġdid u sabiex dan l-għan jintlaħaq, xi ħadd irid joħroġ l-id tal-ħbiberija.
Matthew Scerri
Id-dati tas-Serie A 2021/22
Il-Lega Calcio llum iddeċidiet id-dati tal-kampjonat 2021/22. Is-Serie A se tibda fit-22 ta’ Awwissu u se tintemm fit-22 ta’ Mejju 2022. Se jkun hemm waqfa tal-Milied bejn it-23 ta’ Diċembru 2021 u s-6 ta’ Jannar 2022. Dawn id-dati għad iridu jkunu approvati mill-FIGC.
Matthew Scerri
Timijiet tal-Lega Pro esklużi mill-Coppa Italia!
Calcio & Finanza qed jirrapurtaw li ntlaħaq ftehim waqt laqgħa tal-Lega Calcio sabiex mill-istaġun li jmiss il-Coppa Italia tkun riservata biss għal timijiet tas-Serie A u tas-Serie B. Timijiet tal-Lega Pro mhux se jkunu jistgħu jieħdu sehem.
Il-futbol tan-nies, il-ħarsien tal-interess taż-żgħar, apparentament huma kunċetti tajbin biss meta jkun jaqblilhom ċerta timijiet!
Matthew Scerri
Min jista’ jieħu post Alex Sandro ma’ Juventus
Alex Sandro jista’ jkun li jitlaq lil Juventus das-sajf. Skont Tuttosport hemm tlett iplejers li jistgħu jiħdulu postu ma’ Juventus: Emerson Palmieri (Chelsea), Gosens (Atalanta) u José Gayà (Valencia). Fl-aħħar sigħat kellna anki rapporti li Gosens irrifjuta offerta mressqa minn Leicester minħabba li hu qed jagħtu l-ewwel preferenza tiegħu lil Juventus.
Matthew Scerri
Chiesa mistenni jibda mill-ewwel minuta kontra Milan
Federico Chiesa jidher li rkupra għal kollox mill-injury li se jkellu u se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Milan. Pirlo għandu bżonnu fil-big match ta’ nhar il-Ħadd li jaf ikun deċiżiv biex Juventus jiksbu post fiċ-Champions League għall-istaġun li jmiss.
Matthew Scerri






