Udinese-Juventus 1-2

Juventus lura għar-rebħ f’partita tassew inkredibbli. Nistgħu ngħidu li prattikament il-partita kollha ntlagħbet f’nofs il-grawnd ta’ Udinese. Bħas-soltu żball infantili wassal biex l-avversarji marru fil-vantaġġ. Juventus bdew jippruvaw jiksbu d-draw biss sabu quddiemhom sur b’Udinese jiddefendu b’għaxra. B’xorti tajba Juventus għandhom lil Ronaldo li fejn ma jaslux l-oħrajn, jasal hu. Ronaldo solfa waħdu l-partita b’doppjetta f’ħames minuti. Juventus kisbu tliet punti kruċjali biex jiksbu post mal-ewwel erbgħa. Issa fadal erba’ partiti u l-importanti hu li jinkisbu erba’ rebħiet, jiġu kif jiġu, basta nidħlu Champions League u mbagħad is-sena d-dieħla nisperaw li jkollna kowċ sura u plejers li jilagħbu b’qalbhom għat-tim.

UDINESE-JUVENTUS 1-2

Skurjaw: Molina (U), 2 Ronaldo (1 pen.) (J)

Udinese (3-5-1-1): Scuffet; Becao, Bonifazi (Samir), Nuytinck (Ouwejan); Molina, De Paul, Walace, Arslan (Forestieri), Stryger Larsen; Pereyra; Okaka. Kowċ: Gotti.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Cuadrado (Felix Correia), McKennie (Rabiot), Bentancur, Bernardeschi (Kulusevski); Dybala (Morata), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Chiffi.

Karti sofor: Arslan (U), Pereyra (U), De Paul (U).

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Udinese u Juventus

Udinese (3-5-1-1): Scuffet; Becao, Bonifazi, Nuytinck; Molina, De Paul, Walace, Arslan, Stryger Larsen; Pereyra; Okaka.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Cuadrado, McKennie, Bentancur, Bernardeschi; Dybala, Ronaldo.

Filmat: 1L VIAG9IO

Nistidnukom biex illum wara l-4 ta’ waranofsinhar issegwu fuq Youtube filmat imħejja mill-ħabib tagħna Ryan Saliba. Hu filmat dwar dawn l-aħħar disa’ snin li fihom Juventus irnexxilhom jagħmlu ħaġa bla preċedent mhux biss fl-Italja imma anki fl-aqwa kamponati tal-Ewropa, jiġifieri r-rebħ ta’ disa’ kampjonati konsekuttivi.

L-ultras ta’ Milan f’konfront ma’ Donnarumma. Ma jriduhx jilgħab kontra Juventus

Sky qed jirrapurtaw li delegazzjoni ta’ partitarji ultras ta’ Milan marru Milanello u talbu li jkellmu lil Donnarumma. Il-gowler għall-ewwel irrifjuta anki minħabba kwisjtoni marbuta mas-sigurtà, biss eventwalment aċċetta li jisma’ dak li kellhom xi jgħidulu. Allegatament l-ultras ma kinux ħelwin fi kliemhom u saħansitra waslu jitolbu lil Donnarumma ma jilgħabx kontra Juventus jekk ikun għadu ma ġeddidx il-kuntratt.

Matthew Scerri

Donnarumma-Juventus. Raiola reġa’ kien Turin

Juventus jinsabu f’kuntatti kontinwi ma’ Mino Raiola għal Gigio Donnarumma li għandu kuntratt ma’ Milan li jiskadi f’Ġunju. Milan mhux se jgħollu l-offerta tagħhom ta’ tmien miljuni fis-sena. Raiola qed jitlob ferm iktar minn hekk u Juventus lesti jissodisfaw it-talba tiegħu. Nhar l-Erbgħa li għadda Raiola reġà kien Turin biex ikompli bit-taħdidiet ma’ Juventus. Madankollu, kif għidna drabi oħra, Juventus iridu qabelxejn ibigħu lil Szczesny li għandu paga għolja. F’das-sens jidher li fil-Premier League hemm interess minn diversi timijiet f’Szczesny.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Udinese u Juventus

Udinese (3-5-2): Scuffet; Becao, Nuytinck, Bonifazi; Molina, De Paul, Walace, Arslan, Stryger Larsen; Pereyra, Okaka.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Cuadrado, Bentancur, Rabiot, McKennie; Dybala, Ronaldo.

Sors: Sky

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Udinese

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Udinese huma:

Gowlers: Szczesny, Buffon, Pinsoglio.

Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin.

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Kulusevski.

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Vrioni, Felix Correia.

Matthew Scerri

Marotta jeskludi ritorn ma’ Juventus

Qabel il-partita kontra Crotone, Beppe Marotta kien mistoqsi jekk huwiex se jirritorna ma’ Juventus. Hu wieġeb: “Le. Ġejt hawn fuq talba ta’ Zhang u rrid niftaħ ċiklu ma’ Inter. Sena ilu wasalna sal-Finali tal-Europa League u dis-sena ninsabu qrib li nirbħu l-kampjonat. Hu importanti li nkompli naħdem u nibni t-tim hawn.”

Matthew Scerri