DRO F’BERGAMO

Zgur li wara din il-partita ma’ nistawx nghidu li t-tim ma’ ghamilx dak kollu li setgha jaghmel kontra l-qawwa ta’ Atalanta li issa sirt nqishom fost it-timijiet il-kbar fl-Italja.

Kieku minn din il-partita hrigna bi tlett punti zgur li ma’ konna nisirqu assolutament xejn ghaliex prattikament minghajr attakk xorta konna perikoluzi f’bosta mumenti tal-partita. Zgur li l-players bhal ma’ kkritikajtom f’loghbiet ohra fejn ktibt u ghidt li m’hiniex nara determinazzjoni fihom bil-kontra f’din il-loghba, rajt generozita kbira f’mument kritiku tal-istagun.

Zgur li peress li ma’ ghandniex lanqas attakant wiehed disponibbli qed tpoggina f’diffikulta kbira u m’ahniex naghlqu l-loghbiet anka meta mmorru fil-vantagg bhal hafna drabi f’dan l-istagun. Ammirajt players bhal McKennie u Gatti u Kalulu li ma’ waqfux telghin u nezlin jghinu f’kull parti tal-pitch. Ma’ rridx ninsa lil Thuram li bil-fizicita tieghu qieghed ikun ggantesk u ergajt ma’ qbiltx ma’ l-ghazla li qala lilu jekk ma’ talabx hu dejjem u filfatt qlajna l-gowl tad-dro kwazi mal-ewwel ergana minn naha ta’ Cambiaso li ghalkemm ma’ kellux partita hazina ikun dejjem traskurat hafna f’marking u bhalu anke Savona li ghalija huwa player soft wisq f’mumenti decisivi.

Naturalment ergajna deluzi ghaliex gejna dro ghal tlettax il-darba izda irridu nkunu onesti u nirragunaw li mhux kull partita u mhux kull avversarju huwa l-istess, tigi dro mal-Venezia mod u tigi dro mal-Atalanta mod iehor.

Nisperaw li din il-gimgha jaslu xi akkwisti u jasal xi attakant ghax din hija sitwazzjoni redikola u gravi li tim bhal Juventus li jafu l-kwantita ta’ partiti li ser jilghabu fl-istagun, fis-sajf ma’ hasbux biex spiccajna msallbin minghajr attakant.

Skond il-gurnalisti huwa kwazi cert l-akkwist ta’ full back portugiz li onestament jien qatt ma’ segwejtu wisq aktar rajtu jilghab voldiri ma’ nistax niggudika, nispera li jkun ta’ ghajnuna kbira ghaliex neqsin ukoll minn fullbacks li jaqbzu l-player u jikrossjaw fil-kaxxa ukoll. Wiehed jistenna 2 akkwisti fid-difiza mhux wiehed. Nistennew u naraw.

FORZA JUVE DEJJEM

DRO WARA IEHOR

Wasal it-tnax il-dro fid-derby f’dan il-kampjonat, inkredibbli dan it-tim kemm mhux kapaci jzomm u jaghlaq partita wara li morna fil-vantagg fil-bidu tal-partita, kemm ma’ ghandniex kattiverja u karattri sodi fil-players.

Kellna bidu tajjeb u morna fil-vantagg kmieni b’gowl meraviljuz ta’ Kenan Yildiz b’xutt tajjeb minn barra l-kaxxa biex rega ghal darb’ohra kien protagonist fid-derby della mole wara li fl-ewwel round ukoll kien skorja u ghalaq il-partita.

Izda bhas soltu dan it-tim wera li la ghandu kattiverja agonistika wisq aktar karattru sod li jaghlaq partita anzi ghal kontra bhal passat nieqfu nilghabu, niddefendu baxxi mmens, kulhadd fil-kaxxa l-kbira u hadt ma’ johrog jaffacja l-avversarju. Filfatt wasal il-gowl tad-dro minn Torino, minn xutt ta’ Vlasic li jekk tarah u terga tarah tinnota li ezatt listess sistema difensiva tas-snin li ghaddew dik li tant konna nikritikaw.

Il-players li kienu bl-injuries issa bdew jidhlu u filfatt Douglas Luiz u Nico Gonzales ma’ nistawx nghidu li ma’ ziedux il -kwalita fit-tim izda nerga nghid hemm problema karatterjali kbira, jidher li fil-players ma’ hemmx konvinzjoni f’dak li qed naghmlu u dan huwa gravissimu. Nerga nsemmi l-kliem li qal Del Piero gimghat ilu li Juventus ghandom problema kbira li hadt mit-timijiet ma’ jibza minnhom u ergajna rajna avversarji aktar agressivi minnha, aktar konvinti u jigru aktar.

Tant fl-opinjoni tieghi l-kowc mhuwiex jitrazmetti lil players, li kif bdiet it-tieni taqsima Torino hargu agressivi mmens u ahna letteralment lanqas konna nafu x’ser naqbdu naghmlu. Jien konvint li kieku kemm Torino u sahansitra Monza kellhom l-attakanti titolari bhal Zapata u Juric ukoll lanqas lil Monza ma’ konna nirbhu bi tqanzieh u ma’ Torin niddubita konniex niehdu punt.

Ghaddew 7 xhur mil-bidu ta’ kowc gdid u assolutament qed jurina li mhux kapaci jibdel sistema u ghadu konfuz li lanqas bicca bazi ma’ sab, loghba slow b’hafna tidwir tal-ballun li biex tirnexxi irid ikollok players ta’ stoffa u kwalita u dribblers tajbin li ftit ghandna fit-tim.

Thiago Motta qed ikun protagonist biss fil-glied u tkeccijiet ghat-tieni darba dan l-istagun meta hafna tkazaw bl-imgieba ta’ Allegri fil-finali tal-coppa italia wara li kien ilu stagun jidher hu biss ghas-socjeta u l-porkerijji tar-referee li konna rajna f’dik il-finali. Xi haga li s’issa zgur li ghamel Thiago Motta hija li gabna qisna Spezia jew Bologna, drojiet biss u xi rebha mqanzha kultant, zgur li b’dan ir-ritmu nahseb li l-figolli ta’ l-easter jikolom id-dar!

Sadanittant wasalna f’nofs Jannar, id-difensuri u l-attakant ghadom ma’ waslux! Ma’ hemmx ghaggla! Nistennew aktar sales jew xi black friday iehor!! Imma biex naghtu 60 miljun lil Lewis Hamilton ghal John Elkann mhix problema! Il-Juventus sistema ta’ min ipartat u min ibiegh!

Jumejn ohra loghba u kedda ohra kontra Atalanta, tghid niehdu dro?!

FORZA JUVE DEJJEM