Anniversarju: 3/4/1896 titwieled “La Gazzetta dello Sport”

Fit-3 ta’ April 1896 ġiet ippubblikata għall-ewwel darba “La Gazzetta dello Sport”. Fir-ritratt t’hawn fuq tidher l-ewwel paġna ta’ dik l-edizzjoni. Għall-ewwel snin il-gazzetta kellha l-karta kulur aħdar u kienet titratta l-aktar iċ-ċikliżmu u t-tlielaq taż-żwiemel li tant kienu popolari. Fl-1899 il-kulur tal-karta sar roża u mill-1908 bdiet torganizza l-Giro d’Italia.

Matthew Scerri

Juventus iħossu l-kriżi u allegatament se jkellmu lill-plejers dwar il-pagi tagħhom

Rapporti mhux konfermati mill-klabb qed isostnu li allegatament Juventus talbu lill-plejers li jaċċettaw li jirċievu b’daqsxejn dewmien il-ħlas tal-aħħar erba’ pagi. Skont Il Corriere dello Sport Juventus qed iħossu l-piż tal-kriżi finanzjarja (speċjalment issa li nqalgħu miċ-Champions League) u jeħtiġilhom ibigħu xi plejers fis-sajf sabiex ikunu jistgħu jagħmlu tajjeb għall-pagi u l-ħlas amministrattiv l-ieħor għall-perjodu Marzu-Ġunju 2021. Il-gazzetta qed tikteb li Juventus iridu jagħmlu 100 miljun Ewro fi plusvalenze sal-aħħar ta’ Ġunju biex il-kotba tagħhom ikunu f’posthom.

Matthew Scerri

Is-supporters jibagħtu messaġġ lit-tim Juventin

Is-supporters Juventini bagħtu messaġġ ċar lit-tim tal-qalb tagħhom hekk kif ilbieraħ feġġ streamer kbir ma’ wieħed mill-kanċelli tal-Allianz Stadium. L-istreamer jgħid: “Għandkom għal qalbkom biss is-social media, l-isponsors u l-miljuni. Aħsbu fid-Derby! Oħorġu l-attributi!!”

Il-kuntratt ta’ Donnarumma jintemm tliet xhur oħra

Tliet xhur oħra jasal fi tmiemu l-kuntratt ta’ Gigio Donnarumma ma’ Milan. S’issa kollox jindika li t-taħdidiet tal-klabb mal-aġent Raiola ma wasslu imkien. Milan ressqu żewġ offerti: paga ta’ 7 miljuni l-ewwel u wara tellgħu l-offerta għal 8 miljuni fis-sena. Raiola qed ikompli jinsisti li jrid 10 miljuni fis-sena. F’dawn il-ġranet qed jissemma ħafna li Donnarumma jista’ jkun il-gowler il-ġdid tar-Rossoneri għalkemm tajjeb ngħidu li hu stess dejjem stqarr pubblikament li jħossu marbut ma’ Milan u jrid ikompli jiddefendi l-lasti tagħhom.

Matthew Scerri

Tliet ismijiet għan-nofs il-grawnd ta’ Juventus

M’hemm ebda dubju li Juventus das-sajf se jkunu ferm attivi fis-suq tat-trasferimenti. Speċjalment f’nofs il-grawnd Juventus jeħtieġu taqlib kbir. Qed jissemma ħafna Locatelli, b’investiment ta’ madwar 40 miljun Euro min-naħa ta’ Juventus. Barra minn hekk qed jissemmew ukoll Donny van de Beek (Manchester United) u Jorginho (Chelsea).

Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta għad-Derby

Il-plejers Juventini mgħajta għad-Derby huma:

GowlersSzczesny, Pinsoglio, Israel
Difensuri: Chiellini, de Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Di Pardo, Dragusin, Frabotta, De Marino
Plejers ta’ nofs il-grawndRamsey, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Fagioli, Kulusevski
Attakkanti: Ronaldo, Morata, Felix Correia

Matthew Scerri 

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (3 ta’ April 2021)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-3 ta’ April 2021.

Bħal-lum fil-passat (3 ta’ April)

Fit-3 ta’ April 1966 Juventus lagħbu Derby kontra Torino, f’partita li ntemmet bl-iskor ta’ 0-0. Dawn hu l-filmat ta’ dik il-partita.

Kif x’aktarx se jilagħbu Torino u Juventus

Torino (3-5-2): Sirigu; Izzo, Buongiorno, Bremer; Ansaldi, Rincon, Mandragora, Baselli, Murru; Sanabria, Belotti.

Juventus (4-4-2): Szczesny; De Ligt, Chiellini, Alex Sandro; Cuadrado, Ramsey, Danilo, Bentancur, Chiesa; Morata, Ronaldo.

Sors: Calciomercato.com

Milik se jitlaq lil O. Marseille das-sajf

Milik mistenni jitlaq lil O. Marseille das-sajf. Skont L’Equipe, il-klabb Franċiż lest ibigħu għal somma bejn 12 u 15-il miljun Ewro sabiex ikun jista’ jagħmel plusvalenza li tgħinhom ipoġġu l-accounts tagħhom f’psothom. Juventus għadhom interessati f’Milik u jidhru disposti li jaslu sa massimu ta’ 15-il miljun Ewro biex jiksbu s-servizzi tiegħu.

Matthew Scerri