Ikkonfermat li O. Lyon lesti jixtru lil De Sciglio, għalkemm …

Sky ħadu kumment mingħand l-aġent Giovanni Branchini li kkonferma li O. Lyon huma intenzjati li jixtru għal kollox lil Mattia De Sciglio. Madankollu, O. Lyon qed iħossu l-kriżi finanzjarja u jaf ma jkollhomx ir-riżorsi biex jixtruh għal kollox fis-sajf.

Matthew Scerri

Rapporti li Demiral hu pożittiv għall-Covid-19

Sal-mument li fih qegħdin niktbu għad m’hemm l-ebda konferma min-naħa ta’ Juventus. Madankollu diversi sorsi qed jirrapurtaw li Merih Derimal ittestja pożittiv għall-Covid-19. Hu għaldaqstant se jitlef żgur il-partiti fl-għaxart ijiem li jmiss kontra Torino, Napoli u Genoa.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (31 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-31 ta’ Marzu 2021.

L-aġent isostni li Chiellini ma jridx jirtira għalissa

“S’issa mhemmx ħjiel li se jirtira.” L-aġent Davide Lippi kien ċar fi kliemu dwar il-futur ta’ Giorgio Chiellini. Skontu s’issa m’hemmx taħdidiet ma’ Juventus sabiex Chiellini jiffirma kuntratt ġdid mal-Bianconeri. Lippi sostna li hu diffiċli li wieħed jimmaġina lil Chiellini bi flokk ieħor, biss żied li jekk plejer professjonali jħoss li għandu jkompli jilgħab, m’għandux għalfejn ma jikkunsidrax offerti oħra.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Marzu)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għall-1985. Il-partita hi Derby li ntemm b’rebħa Bianconera bl-iskor ta’ 0-2. Interessanti li fl-istorja nsibu li ntlagħbu b’kollox tliet derbies li ntlagħbu fil-31 ta’ Marzu (apparti l-partita tal-filmat, kellna anki żewġ draws: 1-1 fl-1974 u 2-2 fl-1993, b’din tal-aħħar tkun partita tal-Coppa Italia).

Dybala u Ramsey irkupraw!

Aħbarijiet tajba mill-JTC tal-Continassa hekk kif illum kemm Dybala kif ukoll Ramsey ittrenjaw mal-bqija ta’ sħabhom. Dan ifisser li huma rkupraw għall-kollox mill-injuries tagħhom u se jkunu għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo nhar is-Sibt.

Matthew Scerri

Tħassib għal Szczesny

F’dawn is-sigħat hemm tħassib kbir għall-fatt li fi ħdan it-tim nazzjonali Pollakk instabu erba’ plejers pożittivi għall-Covid-19. Il-plejers li ħadu l-virus huma: Krychowiak, Piątkowski, Skorupski u Klich. Juventus qed jittamaw li Szczesny ma jiħux il-virus. Tajjeb infakkru li għad-Derby ta’ nhar is-Sibt hemm diġà nieqes Buffon għax sospiż.

Matthew Scerri

Juventus f’taħdidiet ma’ Udinese għal Gasparini

Sakemm inkunu nafu verament x’se jagħmel Buffon is-sena d-dieħla, jidher li Juventus diġà bdew jaħsbu dwar il-gowler tal-futur. Il-Bianconeri jinsabu f’taħdidiet ma’ Udinese biex jiksbu lil Manuel Gasparini (19-il sena). Hu mistenni jingħaqad ma’ Juventus u jitħalla b’self ma’ Udinese.

Matthew Scerri

Juventus juru interess f’Kang-In Lee

Tkompli t-tfittxija ta’ talenti żgħażagħ min-naħa ta’ Juventus. Allegatament Paratici u n-nies tiegħu bħalissa qed isegwu mill-qrib lil Kang-In Lee ta’ Valencia. Il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2022 u x’aktarx li das-sajf hu se jkun qed jingħaqad ma’ klabb ieħor. Juventus lesti jixtruh bi ftehim ma’ klabb ieħor fejn Lee jkun jista’ jilgħab għal sena jew tnejn sakemm joħroġ il-potenzjal kollu tiegħu.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (30 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-30 ta’ Marzu 2021.