Porto-Juventus bir-ritratti
Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Porto-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.
Sors: Juventus.com
Porto-Juventus 2-1
Telfa oħra għal Juventus li wriet għal darb’oħra d-difetti kollha ta’ dat-tim: nuqqas ta’ esperjenza fit-tmexxija, nofs il-grawnd nieqes mill-kwalità, mentalità żbaljata, difiża esposta wisq għall-attakki tal-avversarji, nuqqas ta’ ideat, logħob difensiv wisq li ma jisfruttax il-kwalitajiet tal-plejers fit-tim, u nistgħu nibqgħu sejrin hekk. Ma’ dawn inżidu xi problemi li dehru fl-aħħar jiem: in-nuqqas ta’ reazzjoni mit-tim fil-grawnd biex jingħelbu d-diffikultajiet, kif ukoll ftit li xejn dehru l-attakkanti fil-grawnd. Il-problemi ta’ Juventus ilhom mill-bidu tal-istaġun u qatt ma ssolvew. Kif dejjem għidna, dat-tim għandu kollox biex ikun kompetittiv u jiġġieled għar-rebħ ta’ unuri. Però biex verament nimmiraw għar-rebħ, il-problemi jridu jissolvew malajr kemm jista’ jkun.
PORTO-JUVENTUS 2-1
Skurjaw: Taremi (P), Marega (P), Chiesa (J).
Porto (4-4-2): Marchesin; Manafa, Mbemba, Pepe, Zaidu; Corona (Loum), Uribe, Oliveira (C. Conceicao), Otavio (Luis Diaz); Marega (Grujic), Taremi. Kowċ: S. Conceicao.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Chiellini (Demiral), Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, Rabiot, McKennie (Morata); Kulusevski (Ramsey), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Referee: Del Cerro Grande (Spa).
Karti sofor: De Ligt (J), Danilo (J), Demiral (J), Alex Sandro (J).
Matthew Scerri
Ivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Porto-Juventus
Segwi dil-ħolqa biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Porto-Juventus:
Uffiċjali: Kif se jibdew Porto u Juventus
Porto (4-4-2): Marchesin; Manafà, Mbemba, Pepe, Zaidu; Corona, Oliveira, Uribe, Otavio; Marega, Taremi.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Chiellini, Alex Sandro; Chiesa, Rabiot, Bentancur, McKennie; Kulusevski, Ronaldo.
Depay għadu fil-mira ta’ Juventus
Skont Calciomercato.com, Juventus għadhom qed jaħdmu biex jikkonvinċu lil Memphis Depay jingħaqad magħhom. Hu għandu kuntratt ma’ O.Lyon li jiskadi f’Ġunju u għaldaqstant bħalissa hu free-agent. Apparti Juventus, hemm anki Barcellona u Borussia Dortmund li jriduh.
Matthew Scerri
Lazio mixlija li kisru l-protokoll tal-Covid-19
Lotito, il-klabb ta’ Lazio u żewġ tobba (Ivo Pulcini u Fabio Rodia) se jkunu mressqa quddiem il-Bord tad-Dixxiplina b’akkuża li nkiser il-protokoll tal-Covid-19 fl-okkażjoni tal-partiti li huma lagħbu kontra Torino u Juventus f’Ottubru u Novembru li għadda. L-akkuża hi gravissima għax allegatament Lazio lagħbu kontra Torino bi plejer li kien pożittiv għall-Covid, filwaqt li kien hemm plejer pożittiv li ismu jidher fil-lista msejħa ‘distinta’ (id-dokument uffiċjali li l-klabb jagħti lill-Federazzjoni bl-ismijiet tal-plejers mgħajta, dawk li se jilagħbu u r-riservi). Il-konsegwenzi għal Lazio jistgħu jkunu tassew gravi u jmorru minn mult jew tnaqqis ta’ punti għal saħanistra r-riskju li jaqgħu Serie B.
Matthew Scerri
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Frar 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Frar 2021.