Messaġġ mingħand il-President

Għeżież Membri,

Nixtieq minn qalbi nawguralkom sena ġdida mimlija risq, paċi u barka lilkom ul maħbubin tagħkom.

Kienet sena fejn kellna zieda qawwija fil membri u ta dan nejdilkom GRAZZI tal-fiducja.

Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzjakom mill-ġdid talli tibqgħu dejjem leali lejn il-club tagħna li għal dan l-aħħar nofs seklu kien id-dar tal-Juventini kollha tal-gżejjer Maltin. Grazzi lil sħabi tal-Kumitat għall-ħidma kbira tagħhom, lill-barman li jżomm il-post għaddej bl-aqwa servizz possibbli, kif ukoll lill-isponsors li mingħajr il-ġenerożità tagħhom ma jkunx possibbli li nżommu l-ġawhra ta’ premises li għandna.

Nawguralkom mill-ġdid,

Joseph Fenech
President
Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)

HDAX IL-DRO

Kliem ma’ tantx fadal, wasal il-hdax il-dro li mhux ma’ jservi ghalxejn izda dejjem immorru lura moralment, progress ma’ rajna xejn, attegjament ma’ nbidel xejn, naraw ftit moviment sakemm niskurjaw imbaghad id-dlam totali. Ezatt l-istess bhal l-ahhar snin u mhux talli bqajna naraw l-istess difetti u l-istess zbalji banali talli lanqas ghadna kapaci nzommu rizultat.

Kliem Alessandro del Piero xi gimghat ilu kien kliem ta’ bniedem li jifhem u jaf il-loghba minn fuq sa isfel u jaf l-arja li jkun hemm iddur madwar l-ambjent tat-tim! X’qal del Piero meta mistoqsi fuq it-tim?! Qal dan l-ezatt kliem “il-Juventus ghandom problema kbira! Hadt ma’ ghadu jibza minnom, it-timijiet l-ohra jigu go Turin u mhux biss jafu li jistghu jiehdu punt imma kapaci jiehdu 3 punti” u hekk hu ezatt, ghadda round shih u ma’ rajna xejn jew kwazi xejn minn dak li xtaqna u minn dak li jien personalment kont konvint li ser nara.

Li t-triq kienet twila kulhadd kien jaf izda meta nara l-istess konfuzjoni u nuqqas kbir ta’ koncentrazzjoni fil-players tinkwetani u mhux ftit ghaliex ghalija tfisser li l-kowc jew ma’ jitrazmettix dan kollu fit-tim jew sempliciment mhux kapaci. Konna sfortunati fl-injuries? Mela le, zgur li affetwawna u mhux ftit specjalment in-nuqqas ta’ Bremer, l-episodji qed ikunu ftit kontrina? Mela le, kollox irid ikun anka l-fortuna u ma’ l-inqas zball qed npattuh qares mal-ewwel.

Izda ma’ nistawx ninhbew wara dawn l-iskuzi, dan it-tim huwa fragli mentalment u jidher car! Meta wiehed jkun ilu jsegwi u ta’ certu eta bhali jaf li anka certa zbalji banali jigru anka b’nuqqas ta’ koncentrazzjoni u artificjalita fil-karattri tal-players, nistghu noqodu nwahhlu f’dak u fl-iehor imma jidher car li kolletiv ma’ ghandniex u kulhadd jimprovizza ghal rasu, iz-zelqa ta’ Cambiaso mhijiex l-unika raguni ghaliex soffrejna dro ghalkemm kemm Cambiaso u kemm Yildiz mad-dhul taghhom ma’ ghinuna assolutament f’xejn u hemm tara kemm ma’ hemmx mentalita vincenti fil-players.

Fejn kien il-marking tal-players? Fejn qeghdin il-crosses taghna fil-kaxxa? Meta tara timijiet bhal Fiorentina ma’ l-anqas cross u ballun fil-kaxxa, fejn hu l-attakk taghna li kapaci jzomm ballun u jgib il-fawls u freekicks ghalina? Fejn huma l-inserimenti kontinwi tal-midfieders taghna? Li f’darbtejn li nserixxa ruhu Thuram waslu 2 gowls?

Jekk taqbad tghid ma’ tieqafx, li hu zgur huwa li ma’ nbidel xejn, ghadda rawnd shih, il-honeymoon ghadda, l-iskuzi waslu fit-tmiem, ir-raba post dejjem jitbijed aktar, flok il-quddiem sejrin dejjem lura! Nistaqsikom, min hu ir-responsabli ta’ dan kollu?

FORZA JUVE DEJJEM

3 PUNTI MQANZHA

Minn din il-partita niehdu biss dak li fuq kollox ridna, t-tlett punti. Ghaliex anka ma’ l-ahhar tim fil-klassifika batejna u batejna mhux ftit.

Forsi ser ninstema ftit negattiv izda jiddispjacini nghid li personalment ftit qed nara dawl ta’ tama ghaliex it-tibdil li tant xtaqna ftit jew xejn ghadna rajnih. Li rajt zgur ergajt konfuzjoni tattika, loghob slow u nuqqas ta’ koncentrazzjoni kbira specjalment fid-difiza u jixhed dan il-gowl tad-dro ta’ Monza permezz ta’ Birindelli li letteralment zmarkat ghamel gowl meraviljuz.

Minn naha taghna nista nghid li fl-opinjoni tieghi l-unika nota pozittiva kien Nico Gonzales li rega wera xi player ta’ kwalita hu u kemm hu kapaci jsib ix-xibka spiss, nazzarda nghid li hu kien l-aktar player li hassejna meta tlifnih ghal zmien twil. Mil-bqija ftit nista nsib pozittiv fit-tim taghna ghaliex prattikament ergajna rajna l-istess difetti u attitudni ta’ superficjalita fil-players taghna. Prattikament determinazjoni ta’ xejn u din qeghda tinkwetani wisq ghaliex sinjal illi l-kowc mhuwiex jitrazmetti lil players tieghu.

Ergajna rajna wirja ohra negattiva ta’ Koopmeiners li sa issa huwa l-player tal-misteru taghna. Possibli dan il-player li tant kien protagonist ma’ Atalanta sar daqshekk hazin maghna jew il-kowc li ghadu ma’ sabx post ghalih fejn jista jesprimi l-kwalita tieghu? L-istess Koopmeiners li gie mibdul fil-mistrieh u nispera li mhux xi injury iehor li nitilfuh ghal tul ta’ zmien.

Nerga nghid li ninsab inkwetat fuq it-tim taghna ghaliex barra li m’ahniex kontinwi, t-timijiet ta’ fuq hadt minnom mhu qieghed ifalli anzi bil-kontra ghaddejjin b’ritmu tajjeb hafna u l-glieda biex nigu ma’ l-ewwel erba ser tkun aktar iebsa u zgur b’din l-atitudni m’ahniex ser naslu.

Gej xahar u erba loghbiet li rridu naffrontaw Fiorentina, Atalanta, Napoli u Milan u zgur li b’dan il-mod li qed nilghabu bih ma’ tantx hemm sinjali tajbin. Nispera li sejjer zbaljat izda zgur li Motta se jkollu x’joghmod u x’jirranga inkella ser ikollu jwiegeb ghal hafna affarijiet ghaliex il-Juventus mhumiex Spezia jew Bologna!!

FORZA JUVE DEJJEM