Bħal-lum fil-passat (16 ta’ April)
Filmat tal-konfront bejn Juventus u Bologna (skor finali 2-1) li ntlagħab bħal-lum fl-1977.
Filmat tal-konfront bejn Juventus u Bologna (skor finali 2-1) li ntlagħab bħal-lum fl-1977.
Il Sole 24 Ore qed jiżvelaw b’mod esklussiv li seba’ klabbs tas-Serie A bagħtu żewġ ittri lil Dal Pino biex jitolbuh jirriżenja minn President tal-Lega Calcio. It-timijiet li ffirma l-ittra huma: Atalanta, Fiorentina, Inter, Juventus, Lazio, Napoli u Hellas Verona. Jidher li l-klabbs mhumiex sodisfatti bil-mod kif inbigħu t-tv rights. Barra minn hekk, allegatament, il-klabbs huma urtati għall-fatt li l-iStadio Olimpico se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-supporters fl-okkażjoni tal-Euro2020, filwaqt li fil-kampjonat l-istadiums ilhom bil-bibien magħluqa sa minn Ottubru li għadda.
Matthew Scerri
Tħabbar uffiċjalment li Marco Da Graca ffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus sal-2024. Dis-sena Da Graca kien kemm-il darba mgħajjat mat-tim tal-kbar u anki lagħab fil-Coppa Italia kontra Spal.
Matthew Scerri
Is-Sibt 17 ta’ April 2021, 3.00 p.m.
Crotone-Udinese: Massimi
Sampdoria-Verona: Dionisi
Is-Sibt 17 ta’ April 2021, 6.00 p.m.
Sassuolo-Fiorentina: Aureliano
Is-Sibt 17 ta’ April 2021, 8.45 p.m.
Cagliari-Parma: Valeri
Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 12.30 p.m.
Milan-Genoa: Calvarese
Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 3.00 p.m.
Atalanta-Juventus: Orsato
Bologna-Spezia: Piccinini
Lazio-Benevento: Ghersini
Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 6.00 p.m.
Torino-Roma: Massa
Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 8.45 p.m.
Napoli-Inter: Doveri
Matthew Scerri
Mino Raiola kien Turin fil-jiem li għaddew u hemm anki rapporti li nhar it-Tlieta li għadda hu raqad fil-JHotel. Bħalissa għaddejjin ħafna spekulazzjonijiet online dwar liema plejer hu tkellem ma’ Juventus. Qed jissemmew is-soltu ismijiet ta’ plejers li tagħhom Raiola hu l-aġent: Romagnoli, Pogba, Kean u Donnarumma. Ma jidhirx li hemm ir-riskju li Juventus jitilfu lil De Ligt hekk kif il-klawżola li permezz tagħha jista’ jinħall mill-kuntratt mhix valida għal dis-sena.
Matthew Scerri
14 ta’ April 1992, Juventus laqgħu f’darhom lil Milan fis-SemiFinali tal-Coppa Italia. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 1-0 għall-Bianconeri gowl b’daqqa ta’ ras minn Schillaci.
Fuq Instagram Dani Alves żvela x’wassal biex hu telaq lil Juventus. Hu kiteb: “Qaluli li riedu jibdlu s-sistema ta’ logħob imma ma kienx veru.” Ilna snin nisimgħu u naqraw ħafna teoriji li jispjegaw għala Dani Alves kien telaq lil Juventus. Tgħid din hi l-waħda definittiva?!
Matthew Scerri