Statistika interessanti dwar il-gowls ta’ Ronaldo

Il-gowl li skurja kontra Roma hu t-300 wieħed fil-karriera ta’ Ronaldo wara li għalaq it-30 sena. Iż-żmien għaddej imma Ronaldo għadu u konvinti se jibqa’ anki fis-snin li ġejjin, l-aqwa plejer tasd-dinja. Fl-età tiegħu rarissimu rajna plejers li kapaċi jkunu deċiżivi.

Matthew Scerri

Juventus-Roma bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Roma. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Juventus-Roma 2-0

Is-sensiela ta’ rebħiet konsekuttivi ta’ Juventus qed tkompli titwal. It-telfa tas-17 ta’ Jannar kontra Inter żblokkat mentalment lit-tim li issa jidher kompletament differenti minn dak li konna qed naraw qabel. Minn wara l-partita kontra Inter fil-kampjonat, Juventus rebħu kull partita li kellhom b’wirja tajba. It-tim qed juri kwalità tajba ta’ logħob, b’titjieb sostanzjali fil-fażi difensiva. Kontra Roma kellna konferma oħra ta’ dan kollu. It-tim ta’ Fonseca lagħab tassew tajjeb u kellu f’idejh il-logħob għal ħin twil. Juventus għarfu jiddefendu b’mod intelliġenti u kienu letali kull darba li tellgħu l-ballun. Paradossalment il-Bianconeri kellhom ferm iktar opportunitajiet ta’ gowl minn Roma. Ronaldo bħas-soltu kien kapaċi jagħmel id-differenza. Fuq wara s-senaturi Bonucci-Chiellini qed jagħlqu verament tajjeb kif konna drajna narawhom jagħmlu fil-passat. Dal-progress nisperaw li nkomplu narawh anki fil-ġimgħat li ġejjin.

JUVENTUS-ROMA 2-0

Skurjaw: Ronaldo (J), Ibanez (awtogowl) (R)

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci (Demiral), Chiellini, Alex Sandro (De Ligt); Chiesa (Bernardeschi), Arthur, Rabiot, McKennie (Cuadrado); Morata (Kulusevski), Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Roma (3-4-2-1): Pau Lopez; Mancini, Ibanez, Kumbulla; Karsdorp (Peres), Villar (Diawara), Veretout, Spinazzola; Cristante (Perez), Mkhitaryan; Borja Mayoral (Dzeko). Kowċ: Fonseca.

Referee: Orsato.

Karti sofor: Arthur (J), Mancini (R), Kumbulla (R), Ronaldo (J).  

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Roma

JUVENTUS (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini, Alex Sandro; Chiesa, Arthur, Rabiot, McKennie; Morata, Cristiano Ronaldo.

ROMA (3-4-2-1): Pau Lopez; Mancini, Ibanez, Kumbulla; Karsdorp, Villar, Veretout, Spinazzola; Cristante, Mkhitaryan; Borja Mayoral.

Il-plejers mgħajta għal Juventus-Roma

Il-plejers Juventini mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Roma huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon;

Difensuri: Chiellini, de Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Di Pardo, Dragusin, Frabotta;

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bernardeschi, Kulusevski, Peeters;

Attakkanti: Ronaldo, Morata. 

Matthew Scerri

Juventus għadhom iridu lil Marcelo

Is-sit todofichajes.com qed jagħti l-aħbar li Juventus għadhom interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Marcelo. Real Madrid qed jitolbu 10 miljuni għalih. L-ikbar ostaklu għal dat-trasferiment jibqa’ l-fatt li l-plejer qed jitlob paga għolja ħafna.

Matthew Scerri

Tnejn ta’ Napoli pożittivi għall-Covid-19

Hemm drabi meta d-destin jaf ikun tassew kattiv. Ninsabu ġimgħa ‘l bogħod minn Napoli-Juventus u sirna nafu li Koulibaly u Ghoulam ta’ Napoli huma pożittivi għall-Covid-19. F’dan l-istaġun kull darba li Napoli kellhom jilagħbu kontra Juventus spiċċaw b’xi plejers neqsin minħabba l-Covid. Kulħadd jaf sew x’ġara fl-4 ta’ Ottubru li għadda. Nittamaw li did-darba Napoli-Juventus tintlagħab u li ma jerġax ikollna xi teatrin ieħor!

Matthew Scerri