Demiral mar lura Turin

Merih Demiral mar lura Turin b’titjira speċjali. Hu għadu pożittiv għall-Covid-19 biss bi qbil mal-awtoritajiet tal-saħħa, hu mar lura Turin b’titjira u arranġamenti speċjali.

Matthew Scerri

Bonucci pożittiv għall-Covid-19

Leonardo Bonucci ttestja pożittiv għall-Covid-19. Dalgħodu sarlu l-iswab test kif titlob il-prassi għal kull plejer li jirritorna mal-klabb tiegħu wara l-impenji mat-tim nazzjonali. Hu bħalissa jinsab iqatta’ l-kwarantina fir-residenza privata tiegħu.

Matthew Scerri

Lippi lura ma’ Juventus?

Diversi sorsi qed jirrapurtaw li Marcello Lippi jista’ jkun se jerġa’ jaħdem mill-ġdid għal Juventus. Fil-fatt Agnelli qed jikkunsidra li joffrilu xogħol bħala Kap tat-Technical Area, liema kariga bħalissa tinsab f’idejn Paratici. Mhuwiex magħruf jekk Lippi huwiex se jieħu post Paratici jew inkella t-tnejn li huma se jkunu qed jaħdmu flimkien. Li hu ċert hu li ilna xhur nisimgħu li Paratici se jitlaq lil Juventus das-sajf meta jintemmlu l-kuntratt.

Matthew Scerri

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Litwanja-Italja

https://www.youtube.com/watch?v=NciUJt95K3o

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (1 ta’ April 2021)

 Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-1 ta’ April 2021.

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ April)

Fl-1995 Juventus għelbu lil Milan f’partita li prattikament immarkat it-tmiem tad-dominju ta’ Milan fl-Italja u tat bidu lill-epoka tad-deheb tal-Juventus ta’ Lippi. 

Audero jitkellem dwar l-għidut tas-suq tat-trasferimenti

Emil Audero tkellem dwar dak kolu li qed jingħad fuqu, speċjalment l-aħbarijiet li klabbs kbar fosthom Juventus jinsabu interessati fih. Audero sostna li jinsab kuntent ħafna b’dan l-għidut peress li jfisser li fl-aħħar sentejn kellu l-opportunità jsir gowler aħjar ma’ Sampdoria. Fl-istess ħin sostna anki li hu jrid jibni l-futur billi jaħseb fil-preżent. Fi kliem ieħor hu se jkompli jaħdem jum wara jum biex jgħin lil Sampdoria jilħqu l-miri tagħhom u hekk juri li ħaqqu jilgħab f’tim importanti.

Matthew Scerri

Destinazzjoni ġdida għal Romagnoli?

Dan jista’ jkun l-aħħar staġun ta’ Alessio Romagnoli ma’ Milan. Bħalissa Raiola jinsab f’taħdidiet ma’ Milan hekk kif il-kuntratt ta’ Romagnoli jiskadi fl-2022. It-talba tal-plejer hi li l-paga tiegħu titla’ minn 3.5 għal 6 miljuni fis-sena. Ir-Rossoneri ma tantx jidhru disposti li jikkuntentawh. Anzi, skont La Gazzetta dello Sport, Milan lesti jbigħuh jekk taslilhom offerta ta’ 20 miljun Ewro għalih. It-timijiet interessati huma Juventus, Barcellona u Chelsea.

Matthew Scerri

Ħafna xnigħat dwar Dybala

L-għidut dwar il-futur ta’ Dybala mhuma jieqfu xejn. Bħalissa qed jissemma b’saħħa li Tottenham lesti jressqu offerta tajba lil Juventus għall-istilla Arġentina. Sorsi oħra qed isostnu li Juventus jaf se jkunu qed ipartuh ma’ Dembele jew Griezmann das-sajf.

Matthew Scerri

Juventus f’kuntatt mal-aġenti ta’ Aguero

Juventus, PSG u Barcellona huma t-tliet timijiet li bħalissa jinsabu l-aktar interessati f’li jiksbu lil Sergio Aguero. L-Arġentin se jkun qed jitlaq lil Manchester City das-sajf hekk kif jintemmlu l-kuntratt. Skont La Gazzetta dello Sport Juventus kellhom kuntatt mal-aġenti tiegħu, għalkemm s’issa l-Bianconeri għad ma ressqulu ebda offerta.

Matthew Scerri