Juventus interessati f’Neuhaus

Diversi klabbs importanti qed isegwu mill-qrib lil Florian Neuhaus ta’ Borussia Moenchengladbach. Il-plejer ta’ nofs il-grawnd hu wieħed minn dawk li l-aktar impressjona dis-sena u qed jattira fuqu l-interess ta’ klabbs kbar. Fost dawn, il-Liverpool Echo jsemmi anki lil Juventus. Apparti l-Bianconeri jriduh anki Liverpool, Borussia Dortmund u Bayern Munich.

Matthew Scerri

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Crotone

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Crotone. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 39% tal-voti, segwit minn Chiesa b’38% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Danilo b’8% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Juventus-Crotone bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Crotone. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (23 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-23 ta’ Frar 2021.

Juventus-Crotone 3-0

Tliet punti oħra miksuba minn Juventus fil-kampjonat. Minkejja numru kbir ta’ plejers neqsin, it-tim ta’ Pirlo rnexxilu did-darba jegħleb lil Crotone b’wirja tajba. Il-Juventus tal-lejla kienu attenti, organizzati, kompatti u mentalment ippreparati sew għal dil-partita. Kienu Juventus ferm differenti minn dawk li rajna kontra Napoli u, fuq kollox, Porto. Jekk Juventus jagħrfu jilagħbu hekk dejjem minn issa sa tmiem il-kampjonat, ninsabu ċerti li għandhom kollox biex jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat. Iridu jilagħbu bħal-lejla imma, mingħajr in-nuqqasijiet li rajna kemm-il darba f’dan l-istaġun.

JUVENTUS-CROTONE 3-0

Skurjaw: 2 Ronaldo (J), McKennie (J)

Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, Demiral, De Ligt, Alex Sandro (Frabotta); Chiesa (Di Pardo), Bentancur (Fagioli), McKennie, Ramsey (Bernardeschi); Kulusevski (Morata), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Crotone (4-4-2): Cordaz; Pedro Pereira, Magallan, Golemic, Luperto (Marrone); Messias, Molina (Zanellato), Vulic, Reca (Rispoli); Ounas (Simy), Di Carmine (Riviere). Kowċ: Stroppa.

Referee: Marini.

Karti sofor: Ramsey (J), Danilo (J), Marrone (C), Frabotta (J).

Matthew Scerri

Rekord Ewropew għal Buffon

Kontra Crotone Gigi Buffon lagħab il-partita numru 654 fil-karriera tiegħu fis-Serie A. Dan mhuwiex biss rekord għall-Italja, imma għall-aqwa ħames kampjonati Ewropej. Fil-fatt ħadd fl-Ingilterra, l-Italja, Spanja l-Ġermanja u Franza ma lagħab daqsu f’kull żmien. Sal-lejla r-rekord kien qed jaqsmu ma’ Gareth Barry li lagħab 653 partita fil-Premier League. Issa, madankollu, Buffon sar ir-recordman ta’ kull żmien b’654 partita fil-kampjonat domestiku.

Matthew Scerri

Paratici jitkellem dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala

“Il-kuntratt ta’ Dybala? Tkellimna, qegħdin nitkellmu u se nkomplu nitkellmu fil-jiem u fix-xhur li ġejjin.” Kliem ta’ Fabio Paratici qabel Juventus-Crotone. Kliem li jixhed li l-partijiet qed jiddiskutu imma li ninsabu ftit ‘il bogħod għalissa milli jinstab il-ftehim biex Dybala jiffirma kuntratt ġdid mal-Bianconeri.

Matthew Scerri