Atalanta-Juventus 1-0

Atalanta għelbu lil Juventus u telgħu fit-tielet post tal-klassifika. Nibdew billi ngħidu li kollox ma’ kollox, għal dak li rajna fil-grawnd, draw kien ikun iktar ġust. Atalanta, però, ma serqu xejn. Il-logħba għamluha huma għal ħinijiet twal tal-partiti, bil-Bianconeri jagħżlu li jikkontrollaw il-partita u jaħarbu bil-kontrattakk. Dis-sena spiss rajna lil Juventus jagħżlu din l-istrateġija. Il-problema hi li meta l-affarijiet ma jirnexxulhomx u jmorru minn taħt, imbagħad ma jkunux jafu jdawru l-partita. Finalment rebħ fil-grawnd it-tim li lagħab, mhux dak li ddefenda u din għandha tkun lezzjoni għal Juventus tas-sena d-dieħla. F’dan l-istaġun rajna li l-forte tat-tim m’għadhiex id-difiża. Il-kwalità qiegħda fuq quddiem u li t-tim tagħna jibqa’ jagħżel atteġġament difensivist, ma tantx jagħmel sens. Juventus iridu jifhmu li jew jeħtieġu kowċ b’sistema ta’ logħob offensiv jew inkella iridu jixtru plejers li kapaċi jilagħbu f’sistema difensivista. Kif inhuma l-affarijiet qisu t-tim tagħna se jibqa’ dejjem nofs leħja.

ATALANTA-JUVENTUS 1-0

Skurja: Malinovskyi (A)

Atalanta (3-4-1-2): Gollini; Toloi, Djimsiti, Palomino; Mæhle (Malinovskyi), de Roon, Freuler, Gosens; Pessina (Pasalic); Muriel (Ilicic), Zapata. Kowċ: Gasperini.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Chiellini, Alex Sandro; Chiesa (Danilo), Bentancur, Rabiot, McKennie (Arthur); Dybala (Kulusevski), Morata. Kowċ: Pirlo.

Referee:  Orsato.

Ammoniti: Bonucci (J), Gosens (A), Malinovskyi (A), Djimsiti (A), Cuadrado (J).

Matthew Scerri

Paratici: “Ronaldo mhuwiex biss plejer”

“Irridu nkunu lkoll responsabbli għax hu mument ta’ inċertezza kbira. Ronaldo ma naħsibx li hu biss plejer u atleta imma persunaġġ ta’ livell għoli. Il-paga tiegħu tinkludi ħafna affarijiet li jmorru lil hinn mill-wirjiet fil-grawnd. Hemm anki dak li hu jirrappreżenta għall-klabb. Hu l-iktar persuna magħrufa fid-dinja.” Hekk tkellem Fabio Paratici ma’ Sky fejn staqsewh dwar il-paga li Ronaldo jaqla’ ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Atalanta u Juventus

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Chiellini, De Ligt, Alex Sandro; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Morata, Dybala.

Atalanta (3-4-1-2): Gollini; Toloi, Palomino, Djimsiti; Mahele, De Roon, Freuler, Gosens; Pessina; Muriel, Zapata.

Ma jiqafx l-għidut dwar Kean

La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li Juventus lesti joffru bejn bejn Rabiot, Ramsey u Bernardeschi lil Everton għal Moise Kean. Skont il-gazzetta r-roża Ancelotti jippreferi minflok lil Demiral. In-negozjati bejn il-klabbs mistennija jkomplu. Tajjeb infakkru imma li PSG għandhom id-dritt li jixtru lil Kean għal kollox das-sajf għal prezz maqbul is-sena li għaddiet. Fi kliem ieħor f’dan l-istadju l-ballun jinsab f’idejn il-Franċiżi u huma, aktar minn Everton, jistgħu jiddeċiedu l-futur ta’ Kean.

Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tal-31 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 17 ta’ April 2021, 3.00 p.m.

Crotone-Udinese 1-2

Sampdoria-Verona 3-1

Is-Sibt 17 ta’ April 2021, 6.00 p.m.

Sassuolo-Fiorentina 3-1

Is-Sibt 17 ta’ April 2021, 8.45 p.m.

Cagliari-Parma 4-3

Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 12.30 p.m.

Milan-Genoa 2-1

Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 3.00 p.m.

Atalanta-Juventus 1-0

Bologna-Spezia 4-1

Lazio-Benevento 5-3

Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 6.00 p.m.

Torino-Roma 3-1

Il-Ħadd 18 ta’ April 2021, 8.45 p.m.

Napoli-Inter 1-1

Matthew Scerri

Chelsea jridu lil Dybala u lil Alex Sandro

Skont Tuttosport das-sajf Chelsea se jagħmlu tentattiv biex jiksbu lil Paulo Dybala. Huma lesti joffri lil Emerson Palmieri, Jorginho u flus biex jiksbu lil Dybala. Jidher anki li Chelsea huma interessati f’Alex Sandro u għaldaqstant jista’ jkun li das-sajf Juventus u Chelsea se jkunu qed jibdlu diversi plejers bejniethom.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (18 ta’ April 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ April 2021.

Kif x’aktarx se jilagħbu Atalanta u Juventus

Atalanta (4-2-3-1): Gollini; Toloi, Palomino, Djimsiti, Gosens; De Roon, Freuler; Malinovskyi, Pessina, Muriel; Zapata.

Juventus (4-4-2):  Szczesny; Danilo, De Ligt, Chiellini, Alex Sandro; Cuadrado, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Dybala, Morata.

Sors: Sky