Ramsey probabbli jitlaq lil Juventus das-sajf

Fl-aħħar jien kien hemm diversi spekulazzjonijiet li Juventus se jkunu qed ibigħu lil Aaron Ramsey das-sajf. Nafu li klabb bħal Juventus jibqgħu għaddejjin grazzi għall-famużi plusvalenze. Dis-sena l-iktar mod faċli biex issir plusvalenza hu li jinbigħ wieħed bejn Ramsey u Rabiot li ngħaqdu b’xejn ma’ Juventus ftit iktar minn sena u nofs ilu. Rabiot, fil-perjodu post-waqfa tal-Covid, kien wieħed mill-aqwa plejers fin-nofs il-grawnd ta’ Juventus. Għaldaqstant Juventus qed jippreferu jbigħu lil Ramsey, anki minħabba l-fatt li hu spiss ikun barra mill-azzjoni għax imweġġa’.

Matthew Scerri

Juventus lesti jbigħu lil Bentancur jekk …

Għall-ewwel darba Juventus jidhru disposti li jisimgħu l-offerti ta’ klabbs oħra għal Rodrigo Bentancur. L-Urugwajan ma jinsabx għall-bejgħ, biss, għall-kuntrarju tas-snin l-oħra, Juventus jidhru disposti jbigħuh jekk taslilhom l-offerta t-tajba. Skont Calciomercato.com, Juventus lest jilqgħu offerti li jibdew minn 35 miljun Ewro.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (19 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-19 ta’ Marzu 2021.

Ir-referees tal-partiti tat-28 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 19 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Parma-Genoa: Doveri

Is-Sibt 20 ta’ Marzu 2021, 3.00 p.m.

Crotone-Bologna: Fourneau

Is-Sibt 20 ta’ Marzu 2021, 6.00 p.m.

Spezia-Cagliari: Mariani

Is-Sibt 20 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Inter-Sassuolo: Fabbri

Il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2021, 12.30 p.m.

Verona-Atalanta: Pairetto

Il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2021, 3.00 p.m.

Juventus-Benevento: Abisso

Udinese-Lazio: Maresca

Sampdoria-Torino: Orsato

Il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2021, 6.00 p.m.

Fiorentina-Milan: Guida

Il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Roma-Napoli: Di Bello

Matthew Scerri

Inter-Sassuolo mhux se tintlagħab fuq ordni tal-awtoritajiet tas-saħħa

Inter-Sassuolo mhux se tintlagħab. Fil-fatt l-awtoritajiet tas-saħħa tal-belt ta’ Milan ordnaw kwarantina lit-tim kollu ta’ Inter wara li nstabu erba’ plejers pożittivi għall-Covid-19 (D’Ambrosio, Handanovic, De Vrij u Vecino). Skont l-ordni tal-ATS ta’ Milan, Inter iridu jwaqqfu kull attività sportiva sal-Ħadd 21 ta’ Marzu; ma jistgħux jilagħbu kontra Sassuolo nhar is-Sibt 20 ta’ Marzu; u l-plejers tagħhom ma jistgħux jingħaqdu mat-timijiet nazzjonali.

Matthew Scerri

Juventus lesti jinnegozjaw l-akkwist ta’ Gosens

Kollox jindika li Juventus se jiftħu negozjati ma’ Atalanta għall-akkwist ta’ Gosens. Hu meqjus bħala plejer ideali biex il-Bianconeri jkollhom sostitut validu għal Cuadrado u Alex Sandro, hekk kif dawn it-tnejn bdew jikbru. Gosens ilu sejjer tajjeb ma’ Atalanta u llum għandu valur ta’ madwar 35-40 miljun Ewro. Juventus għandhom relazzjonijiet tajba ferm ma’ Atalanta u qed jittamaw li jilħqu ftehim magħhom fuq bażi ta’ self bid-dritt li jixtruh għal kollox fl-istaġuni ta’ wara. Prattikament Juventus lesti jintrabtu li jixtru lil Gosens għal kollox, biss iridu ftehim bejn il-ħlas ikun imqassam fuq numru ta’ snin.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (18 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-18 ta’ Marzu 2021.

Il-punt dwar Depay

Il-futur ta’ Memphis Depay għadu inċert immens. Juventus u Barcelona qed jittamaw li jiffirmawh b’xejn hekk kif f’Ġunju jintemmlu l-kuntratt ma’ O.Lyon. Madankollu mhuwiex ċert li l-Olandiż se jitlaq lil O.Lyon. Fil-fatt il-President tagħhom, Aulas, stqarr illum li għadu jittama li Depay jaċċetta l-proposta li ressqulu.

Matthew Scerri

Anniversarju: 17/3/1935 l-aħħar gowl ta’ Orsi ma’ Juventus

Kien proprju fis-17 ta’ Marzu 1935 li Raimundo Orsi skorja l-aħħar gowl tiegħu bl-flokk ta’ Juventus (Juventus-Lazio 6-1). Hu kien l-istilla tat-tim Juventin fis-snin tal-ħames scudetti konsekuttivi (il-famuż Quinquennio d’oro). Orsi kien winger Arġentin magħruf għat-teknika, il-ħeffa u d-dribbling tiegħu. Jingħad li l-familja Agnelli xtratu wara li ġġennet warajh hekk kif fil-Logħob Olimpiku kiseb il-midalja tal-Fidda mall-Arġentina. Juventus xtrawh għal somma rekord għal dak iż-żmien: 100,000 Lira Taljana. L-akkwist tiegħu seħħ anki jekk fl-istaġun 1928/29 ma kienx permess li jiġu reġistrati barranin. Tant kienu jemmnu fih, li Juventus ħaduh u ħallewh sena jittrenja biss (b’paga kbira għal dak iż-żmien ta’ 8,000 Lira Taljana fix-xahar). Sena wara, imbagħad, Orsi seta’ jilgħab mal-Bianconeri. B’kollox libes il-flokk ta’ Juventus għal 177 partita b’total ta’ 77 gowl. Peress li hu kien ‘oriundo’, jiġifieri b’dixxendenti Taljani, seta’ jilgħab għall-Italja u fl-1934 rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Azzurri, wara li skorja fil-finali kontra ċ-Ċekoslovakkja.

Matthew Scerri