L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Marzu 2021.

Żewġ klabbs tal-Premier League b’offerta għal Dybala

Chelsea u Tottenham huma lesti joffru 55 miljun Ewro għal Paulo Dybala skont France Football u The Sun. Il-prezz ta’ Dybala qed jitbaxxa peress li hu għandu kuntratt ma’ Juventus li jiskadi fl-2022. Konvinti li jekk Dybala mhuwiex se jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus fix-xahrejn li ġejjin, se nqattgħu sajf sħiħ nisimgħu b’timijiet interessati li jiksbuh. Min-naħa tagħna nemmnu li Dybala ħaqqu kuntratt ġdid ma’ Juventus (speċjlament meta tqis li hu dejjem stqarr li ma jridx jitlaq) u, fuq kollox, li tkun ħaġa stupida immens li Juventus jirriskjaw li jitilfuh b’xejn sena u nofs oħra.

Matthew Scerri

Gosens: “Unur kbir li jriduni Juventus u Manchester City”

Intervistat minn Kicker, Robin Gosens stqarr li hu unur għalih li qed ikun imsemmi ma’ klabbs kbar u importanti bħal Juventus u Manchester City. Hu żvela anki li Atalanta għandhom id-dritt, skont il-kuntratt tiegħu, li jtawlulu l-istess kuntratt fl-2022 għal sena oħra.

Matthew Scerri

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Cagliari-Juventus

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Cagliari u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 75% tal-voti, segwit minn Chiesa b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (16 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-16 ta’ Marzu 2021.

Xejn gravi għal Alex Sandro

Sky qed jirrapurtaw li l-injury ta’ Alex Sandro mhuwiex gravi. It-testijiet mediċi li sarulu lbieraħ taw riżultati pożittivi. Issa wieħed irid jara kemm se jkun twil il-perjodu ta’ mistrieħ li se jingħata sabiex jirkupra minn dan l-injury.

Matthew Scerri

Ronaldo b’ċans tajjeb li jkun it-topscorer tas-Serie A

Cristiano Ronaldo saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu f’ras il-klassifika tal-Aqwa Skorers tas-Serie A f’dan l-istaġun. S’issa hu skurja 23 gowl fil-kampjonat. Warajh insibu lil Lukaku b’19-il gowl. Għaldaqstant Ronaldo jidher li għandu ċans tajjeb li jkun it-topscorer tas-Serie A dis-sena. Ta’ min jgħid li mis-sena 2000 ‘l hawn żewġ plejers Juventini biss rebħu l-klassifika tat-topscorer: Trezeguet (2001/02 b’24 gowl) u Del Piero (2007/08 b’21 gowl).

Matthew Scerri

Ronaldo skurja iktar minn Pele!

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (15 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-15 ta’ Marzu 2021.