L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (14 ta’ Marzu 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ Marzu 2021.



Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-14 ta’ Marzu 2021.



Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Cagliari huma:
Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Garofani;
Difensuri: Chiellini, De Liga, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Di Pardo, Dragusin, Frabotta;
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bernardeschi, Fagioli, Kulusevski.
Attakkanti: Ronaldo, Morata.
Matthew Scerri
Paulo Dybala jaf jirritorna fl-azzjoni nhar Sibt il-Għid. Pirlo stqarr illum li se jsir tentattiv biex fil-waqfa li se jkun hemm wara fi tmiem ix-xahar, Dybala jgħaddi għal fażi iktar intensiva tat-taħriġ tiegħu u hekk ikun jista’ jirritorna għal-logħob wara l-waqfa. Jekk dan verament iseħħ, allura Dybala jkun qed jilgħab mill-ġdid fid-Derby.
Matthew Scerri
Cagliari (3-5-2): Cragno; Ceppitelli, Godin, Rugani; Nandez, Marin, Duncan, Nainggolan, Asamoah; Joao Pedro, Simeone.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, De Ligt, Bernardeschi; Chiesa, Rabiot, Arthur, McKennie; Morata, Ronaldo.
Sors: Sky
Juventus se jkollhom erba’ plejers neqsin għall-partita kontra Cagliari. Bentancur għad għandu l-Covid-19, filwaqt li Dybala, Demiral u Ramsey ma jistgħux jilagħbu minħabba li għandhom injury. Buffon ukoll mhuwiex 100% f’sikktu, imma kollox jindika li se jkun jista’ jsegwi lit-tim minn fuq il-bank tas-sostituti (għalkemm skont xi gazzetti Buffon jaf jibda mill-ewwel minuta kontra Cagliari).
Matthew Scerri
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-13 ta’ Marzu 2021.



Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Porto. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 91% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’6% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!
Matthew Scerri
“Ninsabu delużi. Ridna ngħaddu u ħdimna għalhekk. Aħna kollha, Ronaldo wkoll ninsabu imdejqin minħabba li nqlajna miċ-Champions League. Issa rridu nħarsu ‘l quddiem. L-objettivi tagħna għall-kumplament tal-istaġun huma li nirbħu l-kampjonat u l-Coppa Italia.” Hekk tkellem Alex Sandro f’intervista mogħtija lil Sky.
Matthew Scerri