Magħruf il-prezz ta’ Gabriel Menino

Juventus, Chelsea u Atletico Madrid qed isegwu b’interess kbir lil Gabriel Menino, il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Palmeiras. Hu għandu klawżola li permezz tagħha jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu bil-ħlas ta’ penali li tammonta għal 60 miljun Ewro. Madankollu, skont Mundo Deportivo, Palmeiras lesti jbigħuh għal somma inferjuri, madwar 15-20 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Nedved isostni li Pirlo u Ronaldo se jibqgħu ma’ Juventus

F’intervista mogħtija lil Dazn, Pavel Nedved stqarr li Pirlo se jibqa’ 100% kowċ ta’ Juventus ank is-sena d-dieħla. Spjega li Juventus kienu konxji dwar id-diffikultajiet li setgħu jingħalqu u, minkejja li kienu qed jistennew li l-affarijiet imorru aħjar, xorta għadhom jemmnu li qabdu t-triq it-tajba. Dwar Ronaldo, Nedved qal: “Għandu kuntratt sal-2022 u għalija se jibqa’ anki s-sena d-dieħla. X’se jiġri wara għad irridu naraw.”

Matthew Scerri

Dragusin mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus

Radu Dragusin jidher li għażel li jibqa’ ma’ Juventus. Fil-fatt f’dawn il-jien kellna rapporti li Dragusin irrifjuta offerta li waslitlu mingħand Crystal Palace u beħsiebu jgħid le anki lil klabbs oħra. Wara dil-waqfa għall-impenji tat-timijiet nazzjonali, Dragusin mistenni jiffirma kuntratt ġdid li se jorbtu għal ħames snin oħra ma’ Juventus.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (24 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-24 ta’ Marzu 2021.

De Ligt captain ta’ Juventus?

Fil-ħarġa tal-lum ta’ Tuttosport naqraw li jekk verament Chiellini se jirtira, Juventus se jagħtu l-faxxa ta’ captain lil De Ligt. Jekk dan ikun ikkonfermat, allura jkollna bidla radikali mill-prassi tal-aħħar snin fejn il-faxxa tal-captain intlibset dejjem mill-plejer li jkun ilu l-iktar jilgħab għal Juventus.

Matthew Scerri

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Benevento

Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Benevento. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 28% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’21% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Min jista’ jieħu post Pirlo

Kif kien mistenni wara t-telfa kontra Benevento beda l-għidut dwar min jista’ jieħu post Pirlo bħala kowċ ta’ Juventus. Ħafna supporters qed joħolmu li jkun hemm ritorn ta’ Allegri, biss jidher li min-naħa tiegħu jinsab iktar interessat f’timijiet oħra (Roma, Napoli jew Tottenham). Zidane għadu jkun indikat bħala l-favorit ta’ Agnelli, imma anki hawn wieħed irid jara kemm verament se jkun qed jitlaq lil Real Madrid. Ismijiet oħra li qed isiru huma dawk ta’ Simone Inzaghi, Gasperini, Mihajlovic u Spalletti. Inzaghi, b’mod partikolari, għadu ma sbax ftehim ma’ Lazio għall-kuntratt il-ġdid u qed jissemma li se jitlaqhom. Gasperini u Mihajlovic huma meqjusa bħala profili li jistgħu jgħinu fit-tiġdid tal-klabb billi jdaħħlu fis-sistema tagħhom ħafna talenti żgħar. Spalletti, imbagħad, hu kowċ rebbieħ li ġej minn esperjenza negattiva ma’ Inter (imma bħalu kważi kulħadd falla ma’ Inter fl-aħħar għaxar snin!).

Matthew Scerri  

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (23 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-23 ta’ Marzu 2021.

Ħafna għidut. Pirlo qed jirriskja li jitlef postu!

Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa kellna ħafna aħbarijiet dwar il-futur ta’ Pirlo ma’ Juventus. Sportmediaset taw l-aħbar li saret laqgħa bejn Pirlo, Agnelli, Nedved u Paratici. S’issa, però, ma kellna ebda konferma li dil-lagħa seħħet verament. Tuttosport, imbagħad, qed tirraporta li Juventus għarrfu lil Pirlo li jekk jitlef partita oħra se jitkeċċa. Sorsi oħra qed isostnu li Pirlo ġie kkonfermat sa tmiem l-istaġun, biss jaf li jekk Juventus ma jidħlux fiċ-Champions League, mhux se jibqa’ kowċ tal-Bianconeri s-sena d-dieħla. X’inhi l-verità ħadd ma jaf eżattament. Li hu ċert hu li resqin lejn bidla fit-tmexxija tat-tim, bidla li tista’ sseħħ fil-qrib jew fis-sajf. Nemmnu li m’hemmx il-kundizzjonijiet biex Pirlo jibqa’ ma’ Juventus fl-2021/22.

Matthew Scerri

Messaġġ mill-isbaħ min-naħa ta’ Dybala

“Xejn ma kien jagħmilni aktar kuntent milli ngħin lit-tim f’dax-xahrejn. Is-sofferenza hi l-istess jew anzi ikbar meta ma tkunx tista’ tkun fil-grawnd ma’ sħabek. Fadal xahrejn biex inkomplu għaddejjin u issa iktar minn qatt qabel irridu nkunu magħqudin. Qed inkompli nittrenja u jiġri nkun flimkien ma’ sħabi wara l-waqfa.” u issa iktar minn qatt qabel irridu nkunu magħqudin. Qed inkompli nittrenja u jiġri nkun flimkien ma’ sħabi wara l-waqfa.”