Laqgħa importanti dwar l-istaġun Juventin

Illum waranofsinhar allegatament għaddejja laqgħa li għaliha huma preżenti Andrea Agnelli, Pavel Nedved, Fabio Paratici u Andrea Pirlo. John Elkann ukoll mistenni jingħaqad magħhom permezz ta’ videocall. Skont Sportmediaset dil-laqgħa qed issir biex ikun hemm analiżi sew tal-mument delikat li Juventus għaddejjin minnu hekk kif tilfu l-opportunità li jirbħu l-kampjonat u ċ-Champions League. La Stampa qed tirraporta li wara l-partita tal-bieraħ fid-dressing room ta’ Juventus l-ambjent ma kienx pjaċevoli b’ħafna għajjat u insulti. Pirlo stess wara l-partita qal kliem iebes fil-konfront tal-plejers. Jirriżulta li Agnelli hu urtat immens bil-mod kif sejrin l-affarijiet u, ngħiduha kif inhi, il-biża’ ta’ kulħadd issa hi li Juventus ma jiġux lanqas mal-ewwel erba’ fil-klassifika. Minn dak li nafu, jidher li għalissa m’hemmx ir-riskju li Pirlo jitkeċċa b’mod immedjat, għalkemm xejn ma jista’ jiġi eskluż.

Matthew Scerri

Allegri jispjega x’wassal biex ma baqax kowċ ta’ Juventus

“Infridna b’mod kważi naturali. Kienet għażla tal-President li jkun hemm bidla fit-tmexxija tat-tim. Għaddejna ħames snin sbieħ immens. Naħseb fattur li wassal għall-firda kien li wara ħames snin kienet qed issir diffiċli nibqa’ ngħaddi l-ideat tiegħi lill-plejers. Bqajt, però, f’relazzjoni tajba ma’ Agnelli u mad-dinja Juventina.” Kliem ta’ Allegri fl-intervista mogħtija lil Sky ilbieraħ filgħaxija.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (22 ta’ Marzu 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-22 ta’ Marzu 2021.

Ir-riżultati tal-partiti tat-28 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 19 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Parma-Genoa 1-2

Is-Sibt 20 ta’ Marzu 2021, 3.00 p.m.

Crotone-Bologna 2-3

Is-Sibt 20 ta’ Marzu 2021, 6.00 p.m.

Spezia-Cagliari 2-1

Il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2021, 12.30 p.m.

Verona-Atalanta 0-2

Il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2021, 3.00 p.m.

Juventus-Benevento 0-1

Udinese-Lazio 0-1

Sampdoria-Torino 1-0

Il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2021, 6.00 p.m.

Fiorentina-Milan 2-3

Il-Ħadd 21 ta’ Marzu 2021, 8.45 p.m.

Roma-Napoli 0-2

L-Erbgħa 7 ta’ April 2021, 8.45 p.m.

Inter-Sassuolo 2-1

Matthew Scerri

Juventus-Benevento bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Benevento. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Paratici: “Ma’ Juventus ma jeżistux snin ta’ tranżizzjoni”

https://www.youtube.com/watch?v=BVKM3WMm4lA