Inter-Juventus 2-0

Inter kien ħaqqhom jirbħu u daqshekk. Illum kien hemm wisq neqsin u ma naħsibx li stajna nistennew xi ħaġa aħjar. Li hu żgur hu li minkejja d-difetti (is-soltu storja tal-aħħar tliet snin: midfield u full-backs) xorta waħda għandna tim tajjeb biżżejjed għall-Italja, però fil-grawnd ilna nuru li ma ħaqqniex nirbħu. Pirlo kien riskju żejjed għax dat-tim għandhom bżonn kowċ ta’ esperjenza mhux wieħed li għadu jibda. Id-difiża tagħmel żbalji tat-tfal iż-żgħar u taqla’ gowls bl-addoċċ. Nofs il-grawnd inkonsistenti wisq u spiss bla personalità. Dan kollu rajnieh mhux illum biss meta konna nofs tim kontra Inter. Rajnieh kontra timijiet ta’ livell baxx bħal Crotone, Benevento u Fiorentina. Mhux biżżejjed li tilgħab tajjeb kontra Milan, Lazio jew Atalanta. Kif dejjem għidna biex tirbaħ trid sensiela ta’ rebħiet konsekuttivi imma dis-sena t-tim ta’ Pirlo ma kellux konsistenza. Ħafna partiti rbaħnihom bil-klassi tal-istilel tat-tim aktar milli bl-ideat tal-logħob tat-tim. Nisperaw li l-folja ddur malajr kemm jista’ jkun u forsi jsiru xi akkwisti fil-jiem li ġejjin bil-għan li dat-tim ikun jista’ jqum fuq saqajh.  

INTER-JUVENTUS 2-0

Skurjaw: Vidal (I), Barella (I)

Inter (3-5-2): Handanovic; Skriniar, de Vrij, Bastoni; Hakimi, Barella, Brozovic, Vidal (Gagliardini), Young (Darmian); Lukaku, Lautaro (Sanchez). Kowċ: Conte.

Juventus (3-5-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Chiesa, Rabiot (McKennie), Bentancur, Ramsey (Kulusevski), Frabotta (Bernardeschi); Morata, Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Doveri

Karti sofor: Bonucci (J), Young (I), Morata (J), Barella (I).

Matthew Scerri

Il-bewsa ta’ Vidal

Qabel bdiet Inter-Juventus, Giorgio Chiellini mar qrib Arturo Vidal u għannqu. Il-filmati qabdu lil Vidal ibus il-badge ta’ Juventus fuq il-flokk ta’ Juventus. Nafu li Vidal dejjem baqa’ qalbu marbuta ma’ Juventus, però ma nafux jekk din il-bewsa saritx b’mod intenzjonali jew inkella kinitx biss kumbinazzjoni.

Matthew Scerri

Il-150 partita fis-Serie A għal Chiesa

Federico Chiesa lagħab il-partita numru 150 fis-Serie A llejla kontra Inter. Hu ddebutta fis-Serie A fl-2016 meta kien lagħab għal Fiorentina kontra Juventus fl-ewwel Ġurnata tal-kampjonat. Minn dakinhar Chiesa kien fl-azzjoni 137 darba bil-flokk ta’ Fiorentina fis-Serie A u s’issa tlettax-il darba ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Inter u Juventus

Inter (3-5-2): Handanovic; Skriniar, de Vrij, Bastoni; Hakimi, Barella, Brozovic, Vidal, Young; Lukaku, Lautaro.

Juventus (3-5-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Chiesa, Rabiot, Bentancur, Ramsey, Frabotta; Morata, Ronaldo.

Genoa qed ifittxu sostitut għal Scamacca

Skont Sky, Genoa kellhom kuntatt ma’ Atalanta għall-attakkant Lammers. Jekk huma jirnexxilhom jiksbuh hu probabbli li Genoa jagħtu l-kunsens tagħhom biex Scamacca jkun jista’ jitlaqhom. Nafu li Juventus iridu b’saħħa lil Scamacca u qed jinnegozjaw it-trasferiment tiegħu ma’ Sassuolo li fis-sajf kienu silfuh lil Genoa.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (17 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-17 ta’ Jannar 2021.

Kif x’aktarx se jilagħbu Inter u Juventus

Inter (3-5-2): Handanovic; Skriniar, De Vrij, Bastoni; Hakimi, Barella, Brozovic, Vidal, Young; Martinez, Lukaku.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini, Frabotta; Chiesa, McKennie, Bentancur, Ramsey; Morata, Ronaldo.

Sors: Sportmediaset

Aktar każijiet ta’ Covid-19 fit-tim Under 23 ta’ Juventus

Żewġ membri tal-istaff ta’ Juventus Under 23 instabu pożittivi għall-Covid-19. Kif jitlob il-protokoll tal-FIGC, it-tim kollu jinsab f’iżolament ‘fiduciario’.

Matthew Scerri