REBHA KOMPATTA

Rebha kontra l-Gganti ta’ manchester city, rebha ta’ tim kompatt bil-players kollha urew ghaqda, kompatezza u wiehed jahdem ghall-iehor, affarijiet li ilna nixtiequ naraw.

Naturalment ma’ kinitx xi haga facli li issir izda ghal darb’ohra l-futbol wera li kull loghba fija storja. Bdejna niehdu ftit tan-nifs b’certa players li regaw dahlu biex b’hekk ghalmenu inkunu nistaw naghmlu tibdil denju waqt il-partita. Kienet rebha tal-pacenzja ghaliex kontra l-kwalita ta’ Manchester city ma’ tistax taqbad u tohrog offensiv ghaliex kapaci jimlewk u jaghlqu loghba mal-ewwel.

Fl-ewwel taqsima city kellom il-pusess tal-ballun f’idejom u filfatt fl-ewwel 17 il-minuta diga kellom 76% tal-pusess izda xorta lqajnihom tajjeb u ma’ kellomx xi azzjonijiet perikoluzi hlief ta’ Haaland b’Di Gregorio jilqa tajjeb ferm.

Fit-tieni taqsima l-gowl tal-vantagg dahhal energija kbira fil-players taghna, rajna players li kienu enormi tajbin, ma’ nistax ma’ nibdix b’Danilo li wara hafna kritika wera l-esperjenza li ghandu u kien pratikament perfett, Thuram li nerga nghid kull loghba dejjem qed ikun wiehed mill-ahjar players, Savona li kellu player hafif immens u laghab b’maturita u minghajr qatt ma’ ghaggel f’decizjonijiet ta’ pusess u overlapping mal-linja, izda sfortunatament Koopmeiners ghadu d-dell ta’ dak li kien ma’ atalanta izda konvint li biz-zmien jigi ukoll.

Semmejt ir-ritorn ta’ players, xi nghidu ghal Mckennie li fakkarni fil-gowl li ghamel snin ilu kontra barcellona, player li kull sajf ikun barra l-pjanijiet izda kull sena nsibuh f’mumenti importanti.

Nisperaw li din ir-rebha terga ittina l-moral biex fil-kampjonat nirkupraw l-enormita ta’ punti li armejna, nispera li ma’ nergawx naraw inkonsistenza li rajna sa issa fejn partita nitilghu is-sema u ohra naqaw taht l-art ghaliex jekk nibqaw nuru l-ghaqda li urejna kontra man city zgur li nkunu protagonisti sa l-ahhar.

Fl-ahhar ta’ dan l-artiklu xtaqt personalment nuri s-solidarjeta tieghi ma’ Manuel Scerri president onorarju tal-club taghna u l-familja tieghu ghat-telfa ta’ martu Doris li tul hajjita tant appogjatu biex jahdem ghal club u ghalina l-Juventini maltin. STRIEH FIS-SLIEM DORIS.

FORZA JUVE DEJJEM

Insellmu l-memorja ta’ Doris Scerri

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jsellmu l-memorja tal-għażiża Doris Scerri, mart il-President Onorarju u fundatur tal-Club tagħna, Manwel Scerri. Doris kienet mara eżemplari li fis-skiet u bi tbissima kbira fuq wiċċha għamlet ħafna ġid tul ħajjitha kollha. Kienet mara ta’ qalb kbira li tat kollox sabiex tara lil Manwel u lill-uliedha kuntenti. Wettqet ħafna sagrifiċċji għall-ġid ta’ ħafna persuni fil-bżonn. Hi kienet dejjem ta’ spalla għal Manwel f’kull okkażjoni, inkluż dak kollu li jikkonċerna lill-Club tagħna. Ftit xhur oħra se nkunu qed niċċelebraw il-ħamsin sena mit-twaqqif tal-Club tagħna u tajjeb li ma ninsewx li jekk il-Club tagħna wasal s’hawn kien grazzi u mertu anki għal nies bħal Doris li taw kontribut kbir dejjem f’dak kollu li kien meħtieġ.

Grazzi mill-qalb, għażiża Doris, ta’ kulma għamilt ma’ Manwel, uliedek, il-qraba u l-ħbieb tiegħek. Grazzi ta’ kulma għamilt magħna lkoll il-Juventini Maltin. Grazzi anki min-naħa tiegħi personali tal-imħabba li dejjem urejtni u talli stmajtni dejjem kważi daqs li kieku kont it-tifel tiegħek jien ukoll. Se nimmissjawk ħafna u nwegħduk li se nżommuk ħajja għal dejjem f’qalbna. Se nibqgħu nitolbu għalik u ċert li minn hemm fuq se tkompli tieħu ħsiebna lkoll, bħalma dejjem għamilt fis-snin li qattajt fuq din id-dinja.

Nagħtu l-kondoljanzi lil Manwel u lil uliedha Joseph u Marisa, flimkien mal-familji u l-għeżież tagħhom.

Strieħ fis-sliem, Doris!

Matthew Scerri

KONFUZJONI SHIHA

Aktar kemm jghaddu partiti flok passi l-quddiem u progress aktar qeghdin naraw konfuzjoni, sistema ta’ xejn, nuqqas ta’ motivazjoni u konfuzjoni totali.

It-timijiet qed jigu l-istadium u qishom qeghdin jilghabu home bla biza ta’ xejn u konvinti li jistaw jirbhulna. Minn naha taghna kont u ghadni konvint li bidla fil-kowc kellna bzonna izda b’dispjacir nghid li stennejt hafna ahjar minn Thiago Motta sa dan iz-zmien tal-kampjonat u ma’ nibqawx ingibu biss l-iskuza ta’ l-injuries ghaliex l-izbalji li qed isiru huma nettament tattici.

Nistaqsi kif tista bhalissa ma’ jkollokx midfield ta’ certu sahha fizika u thalli lil Thuram barra? Kif tista jweggalek player importanti bhal Cambiaso u mintix kapaci izzid player fin-nofs u 3 fid difiza u ddahhal tifel bhal Rouhi li ma’ nistax nifhem kif wasal sal-next generation ahseb u ara kemm hu player ta’ l-ewwel tim! X’qed jistenna biex lil Yildiz jressqu aktar vicin ta’ Vlahovic biex ikollu aktar appogg? Dawn huma affarijiet elementari tattici u kowc tajjeb jinduna u jibdel sistema skond in-necessarju xi haga li Thiago Motta mhux jaghmel.

Nistaqsikom! X’inbidel minn zmien ta’ Allegri li b’hafna anqas kwalita li kellu ghadna naraw l-istess difetti, l-istess konfuzjoni, l-istess zbalji elementari. Kif it-tghaffiga u l-froga fil-bidu tat-tieni taqsima biex qlajna t-tieni gowl imbghad sar it-tibdil u bdejna nilghabu ezatt kif konna naghmlu u jigri fil-passat ta’ snin ilu. Ghalhekk jien dizapuntat u nkwetat mhux ftit u nassumi intom bhali.

Jiddispjacini nghid li qed nara l-istess artificjalita fil-players, nuqqas ta’ koncentrazjoni u l-istess problemi ta’ fizika fejn Bologna grew it-triplu taghna u dan il-kowc u l-istaff huma responsabli bhal ma’ kien Allegri fil-passat. Issa l-honeymoon spicca, issa jrid jurina kemm hu kowc ta’ Juventus u dubji kbar onestament ghandi.

Responsabli u mhux anqas hija s-socjeta ukoll, tal-misthija klabb bhal Juventus ma’ kinitx kapaci tixtri bicca attakant iehor fis-sajf biex spiccajna b’attakant wiehed li l-lasta nesa fejn qeghda u b’kull kulur ta’ wicc qieghed jitlob kuntratt gdid ta’ 12 il miljun fis-sena! Dik imhabba lejn il-flokk!

Gejja partita kbira kontra manchester city, il-mulej izomm idejh fuqna u jhenn ghalina! Sadanittant

FORZA JUVE DEJJEM