Bologna b’offerta ta’ 20 miljun Ewro għal Scamacca

Jidher li Bologna lesti jidħlu f’konkorrenza ma’ Juventus biex jiffirmaw lil Gianluca Scamacca. Għall-kuntrarju ta’ Juventus huma jidhru disposti li joffru somma ta’ 20 miljun Ewro għalih. Juventus, mill-banda tagħhom, qed jitkellmu ma’ Sassuolo fuq self ta’ sena u nofs bid-dritt jew l-obbligu li jixtruh għal kollox fl-2022. Tgħid ma’ min se jispiċċa Scamacca?

Matthew Scerri

Fagioli se jkun parti mit-tim ta’ Pirlo

Nicolò Fagioli se jkun qed jifforma parti mill-ewwel tim ta’ Juventus fuq bażi stabbli. Pirlo spjega li ladarba telaq Portanova, hu kellu bżonn plejer ieħor f’nofs il-grawnd u l-għażla waqgħet fuq Fagioli. Minn żmien għal żmien, però, jista’ jkun li Fagioli jilgħab xi partita ‘l hemm u ‘l hawn ma’ Juventus Under 23.

Matthew Scerri

Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tas-SemiFinali tal-Coppa Italia

Tħabbru d-dati tal-konfronti tas-SemiFinali tal-Coppa Italia bejn Juventus u Inter. L-ewwel partita se tintlagħab fit-2 ta’ Frar fid-8.45 p.m. f’San Siro. Ir-return match, imbagħad, se tintlagħab ġimgħa wara, fid-9 ta’ Frar, dejjem fid-8.45 p.m.

Matthew Scerri

Scamacca-Juventus. Resqin lejn ftehim!

Kollox jindika li Juventus u Sassuolo resqin lejn ftehim sabiex Scamacca jingħaqad mal-Bianconeri. Genoa se jkunu qed jiffirmaw lil Niang minfloku. Scamacca se jkun misluf lil Juventus għal sena u nofs. Skont La Gazzetta dello Sport, Paratici lest jaċċetta l-obbligu li Juventus jixtru lil Scamacca għal kollox fl-2022. B’dal-mod, il-prezz tax-xiri ta’ Scamacca se jkun imqassam fuq erba’ snin kif diġà qed isir fil-każ ta’ Chiesa.

Matthew Scerri

Id-dettalji tat-trasferimenti ta’ Rovella, Portanova u Petrelli

Juventus se jkunu qed iħallsu 18-il miljun Ewro lil Genoa għal Nicolò Rovella flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses. Min-naħa tagħhom Genoa qed jixtru mingħand Juventus lil Portanova u lil Petrelli. Is-somma li Genoa se jħallsu għal Portanova hi ta’ 10 miljuni, filwaqt li Petrelli se jiswihom 8 miljuni. Fil-kuntratti hemm anki performance bonuses li jkunu jridu jitħallsu għat-tnejn li huma: 5 miljuni fil-każ ta’ Portanova u 5.3 miljun Ewro għal Petrelli. Infakkru li Rovella se jibqa’ b’self ma’ Genoa għal sena u nofs, filwaqt li Portanova u Petrelli se jkunu qed jilbsu l-flokk ta’ Genoa immedjatament.

Matthew Scerri

Kulusevski hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Spal

Dejan Kulusevski ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Spal tal-Coppa Italia. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 27% tal-voti, filwaqt li fit-tieni post insibu lil Rabiot u Fagioli b’20% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Douglas Costa lura fis-Serie A?

Douglas Costa jista’ jkun qed jirritorna fis-Serie A fil-ġranet li ġejjin. Skont Tuttosport, fil-fatt, Milan qed jikkunsidraw li jressqu offerta għalih hekk kif jafu li Bayern Munich lesti jtemmu immedjatament is-self tiegħu mingħand Juventus. Minn dak li qed ikun irrapurtat, Juventus ma jriduhx lura fit-tim tagħhom u għaldaqstant lesti jfittxu tim ġdid għalih.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (29 ta’ Jannar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-29 ta’ Jannar 2021.