L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (1 ta’ Marzu 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-1 ta’ Marzu 2021.




Il-prezz ta’ Locatelli
Il-konkorrenza għall-akkwist ta’ Manuel Locatelli qed tiħrax hekk kif apparti Juventus, hemm anki Real Madrid u Manchester City li qed juru interess fih. Sassuolo qed ikomplu jitolbu 40 miljun Ewro għalih.
Matthew Scerri
Pirlo u Ronaldo jridu lil Varane ma’ Juventus
Fl-aħħar jumejn Don Balon kitbu ħafna dwar interess ta’ Juventus f’Raphael Varane. L-ewwel intqal li kien Pirlo li talab l-akkwist tiegħu u issa qed jinkiteb ukoll li Ronaldo qed jagħmel pressjoni biex Varane jingħaqad ma’ Juventus. Il-prezz tiegħu, però, hu tassew għoli: 50 miljun Ewro.
Matthew Scerri
Ir-riżultati tal-partiti tal-24 Ġurnata tas-Serie A
Is-Sibt 27 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.
Spezia-Parma 2-2
Is-Sibt 27 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.
Bologna-Lazio 2-0
Is-Sibt 27 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.
H.Verona-Juventus 1-1
Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021, 12.30 p.m.
Sampdoria-Atalanta 0-2
Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.
Crotone-Cagliari 0-2
Inter-Genoa 3-0
Udinese-Fiorentina 1-0
Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.
Napoli-Benevento 2-0
Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.
Roma-Milan 1-2
L-Erbgħa 17 ta’ Marzu 2021, 3.00 p.m.
Torino-Sassuolo 3-2
Matthew Scerri
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (28 ta’ Frar 2021)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-28 ta’ Frar 2021.




Se jkun imġedded is-self ta’ Morata
Skont Calciomercato.com hu probabbli li fis-sajf Juventus ma jixtruh lil Morata għal kollox u minflok jużaw id-dritt li jġeddu s-self għal sena oħra bil-ħlas ta’ 10 miljuni oħra. Għandna nifhmu li dan se jkun qed issir minħabba li Juventus għandhom xi dubji dwar l-valur ta’ Morata. Nafu, imma, li d-dejn tal-klabb u d-dħul limitat li l-klabb qed ikollu b’rabta mal-Covid-19, Juventus iridu jkunu iktar prudenti fl-investimenti tagħhom. Fi kliem ieħor Juventus jippreferu jġeddu s-self għax ikun ifisser li s-sena d-dieħla tidher fl-accounts tagħhom is-somma ta’ 10 miljuni biss u mhux somma ikbar għax-xiri tal-attakkant Spanjol.
Matthew Scerri


